HIDMA MILL-MEMBRU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS FI HDAN IL-KUNSILL TA' L-EWROPA
Id-Deputat Nazzjonalista, l-Onor Francis Agius, MP reġa' ġie konfermat Chairman tal-Kumitat ta' l-Ambjent u l-Agrikoltura tal-Kunsill ta' l-Ewropa fl-laqgħa li saret f'Pariġi l-ġimgħa li għaddiet. Din il-laqgħa ddiskutiet fost oħrajn:
- Prevenzjoni ta' diżastri ambjentali permezz tal-qerda ta' armi kimiċi;
- L-istat ta' l-ambjent fil-baħar Baltiku;
- Ko-operazzjoni fuq kwestjonijiet ambjentali bejn Iżrael u l-Palestina; u
- L-isfidi ta' politika ġdida dwar il-biedja.
Kien hemm ukoll bdil ta' veduti bejn rappreżentanti tal-Kumitati Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Agrikoltura tal-pajjiżi tal-Punent tal-Mediterran. Minħabba esiġenzi parlamentari f'Malta, id-Deputat Agius kellu r-rapport tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-Gvern Malti kemm fuq l-ambjent u anke fuq l-agrikoltura.
Ġie deċiż ukoll li rapport dwar "Preservation and management of fish stocks" mill-Onor Francis Agius jiġi ppreżentat ukoll fis-seduta plenarja tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jmiss f'April li ġej ġewwa Strasbourg li għaliha se jkun mistieden is-Sur Franz Fischler, Kummisarju ta' l-Unjoni Ewropea responsabbli mill-agrikoltura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN