Investiment ta’ kwazi Miljun Lira dirett lejn ic-cittadin grazzi ghall-Kunsilli Lokali
"Il-Politika elettronika lokali hija pass decisiv biex insolvu l-problema tad-Digital Divide." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta llum habbar dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-politika elettronika lokali.
Il-Ministru Gatt qal li l-politika elettronika lokali hija bbazata fuq tliet principji li l-Kunsilli Lokali huma mezz ewlieni kif nistghu nittrattaw il-problema tad-digital divide; li nizviluppaw il-Kunsilli Lokali f’centri ta’ taghlim u uzu tal-kompjuter ghal kullhadd; il-politika nazzjonali elettronika tigi attwata fuq livell lokali.
Il-Ministru Gatt enfasizza li l-ghan ahhari huwa li s-servizzi li qed jaghmel il-Gvern ikunu mpoggija fuq bazi lokali biex jintuza minn min ghandu access ghal servizzi ta’ computer u internet. Apparti minhekk, il-Gvern irid, li grazzi ghal politika lokali, jitkabbar l-access tal-internet u l-"e-mail" f’pajjizna.
Dan kollu jista’ jitwettaq ghax il-Gvern ghamel investimenti kbar fuq livell infrastrutturali. Dan huwa rizultat tal-fatt li l-Gvern ippjana fit-tul ibbazat fuq it-twemmin li din hija t-triq.
Il-Ministru Gatt irrefera li ghal fatt li fl-ahhar budget il-Gvern alloka b’mod dirett is-somma ta’ Lm350,000 biex il-Kunsilli jiddedikawhom ghall-progetti tal-"e-government". Iktar minn hekk il-Gvern ser jissupplixxi 150 kompjuter lill-Kunsilli Lokali biex jinbnew centri ta’ l-Internet fil-lokalita’. Apparti minn hekk il-Gvern lahaq ftehim mal-Internet Service Providers kollha, permezz ta’ pakkett li jinkludi l-access ghall-Internet il-hin kollu, kif ukoll l-infrastrutturi kollha ghall-prezz ta’ Lm10 kull kunsill. Iktar minn hekk il-Gvern ser jinstalla Public Internet Service Access Point f’kull lokalita’.
Dan il-progett, kompla Dr. Gatt ser ikun jiswa investiment komplessiv ta’ kwazi miljun lira. Dan huwa investiment dirett lejn ic-cittadin. Il-Kunsilli Lokali minn naha taghhom irid jkollhom Front Office adegwat, biex il-poplu jkunu jista’ jinqeda.
Il-Ministru Gatt enfasizza li l-Gvern m’huwa ser jobbliga lil ebda Kunsill, madankollu l-pakket li qed joffri l-Gvern, huwa attraenti bizzejjed biex il-Kunsilli jidhlu ghalih.
F’din il-konferenza tkellem ukoll il-President ta’ l-Assocjazzjoni tal-Kunsill Lokali Dr. Ian Micallef, li tkellem fuq il-fatt li l-Kunsilli Lokali kollha, apparti wiehed, qed jaghrfu li l-uzu tat-teknologija huwa ta’ beneficcju kbir ghar-residenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN