STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMICI
Fid-diskors li għamel is-Sur Vince Farrugia waqt Business Breakfast, kif ġie rrapurtat mill-mezzi tax-xandir, hu rrefera għal tnaqqis allarmanti fl-attività ekonomika ta' pajjiżna, meta hu pparaguna b'mod żbaljat iċ-ċifri uffiċjali tal-GDP. Id-Direttur Ġenerali tal-GRTU ikkompara ċ-ċifri għal sena sħiħa tas-sena 2000 ma` disa' xhur biss mis-sena 2001. Dan huwa paragun żbaljat għall-aħħar.
Peress li ċ-ċifri tal-Prodott Gross Domestiku jakkumulaw ruhom tul is-sena, dawn qatt ma' setgħu jiġu kkumparati fuq perjodu ta' xhur differenti. Fil-verità meta wieħed jikkumpara ċ-ċifri fuq l-istess perjodu ta' disa' xhur isib illi fis-setturi kollha, ħlief dawk tal-manifattura u kumpaniji pubbliċi, wrew żieda fil-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-Prodott Gross Domestiku. It-tnaqqis fis-settur tal-manifattura rriżulta fi tnaqqis fil-profitti tal-kumpaniji li joperaw f'dan is-settur u mhux riżultat ta' tnaqqis fil-pagi tal-ħaddiema.
It-tnaqqis fis-settur tal-kumpaniji pubbliċi rriżulta minn telf li sofriet l-Enemalta minħabba prinċipalment is-sussidju li kellha tagħti sforz iż-żieda li tfaċċat biha bil-prezzijiet internazzjonali ta' xiri taż-żejt. Minkejja dan, il-prezzijiet xorta m'affetwawx il-prezz li bih baqa' jinqeda l-konsumatur u l-industrija. Hawnhekk ukoll nixtieq nirrimarka li dan it-tnaqqis kien fi profitti li għamlet l-Enemalta u mhux fil-pagi li tħallsu lill-ħaddiema.
Hekk kif ġie ppublikat fl-Economic Survey 2001 l-ekonomija Maltija kibret b' 5.2 fil-mija f'termini reali matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2001, meta teskludi s-settur ta' l-elettronika li jiddependi totalment fuq l-ekonomija dinjija. Huwa fatt li jeżistu xi setturi li qed jaffaċjaw sfidi minħabba s-sitwazzjoni ekonomika dinjija, iżda huwa fatt ukoll illi hemm setturi oħra li mixjin 'il quddiem b'ritmu nkoraġġanti.
L-informazzjoni korretta ilha li ġiet ippublikata minn Novembru tas-sena l-oħra u għalhekk m'hemm l-ebda skuża għall-interpretazzjoni żbaljata tal-fatti, kif sar mis-Sur Vince Farrugia.
Ta' min jinnota evidenza oħra li turi dak li veru ġara fl-ekonomija, fejn is-settur privat żied l-impjiegi full time b' total ta' 1,878 fl-ewwel għaxar xhur tas-sena 2001. Dawn iċ-ċifri jagħtu stampa differenti milli pprova jpinġi d-Direttur Generali tal-GRTU, is-Sur Vince Farrugia.
Sectoral contribution to GDP | ||||
2000 | 2001 | |||
Jan to Sept | Oct to Dec | Jan to Dec | Jan to Sept | |
Lm Millions | ||||
Agriculture & fisheries | 23.9 | 7.3 | 31.2 | 24.6 |
Construction & quarrying | 25.5 | 9.1 | 34.6 | 28.9 |
Manufacturing | 245.5 | 100.7 | 346.2 | 241.3 |
Public utilities | 65.6 | 18.7 | 84.3 | 64.8 |
Transport and communication | 67.2 | 18.5 | 85.7 | 74.2 |
Wholesale & retail | 108.2 | 39.0 | 147.2 | 112.3 |
Insurance, banking and real estate | 87.5 | 32.3 | 119.8 | 91.0 |
public administration | 146.4 | 51.3 | 197.7 | 168.1 |
Property income | 111.7 | 32.3 | 144.0 | 113.5 |
Private services | 111.8 | 37.3 | 149.1 | 118.3 |
GDP at factor cost | 993.3 | 346.5 | 1339.8 | 1037.0 |
Source: Economic Survey 2001 | ||||
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN