DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, IL-PERIT GEORGE PULLICINO, WAQT IL-FTUH TA’ OPEN WEEKEND FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI TAL-PROTEZZJONI CIVILI
Huwa ta’ sodisfazzjon illum nara daqshekk studenti jippartecipaw f’dan l-Open Weekend li issa sar avveniment ta’ kull sena fejn il-pubbliku in generali jkun jista’ jara mill-qrib il-hidma siewja li jaghmlu l-haddiema tal-Protezzjoni Civili. Hafna drabi jkunu biss nies li jkunu f’xi sitwazzjoni perikoluza li jigu bzonn l-ghajnuna ta’ dawn il-haddiema u allura japprezzaw ix-xoghol siewi taghhom. Dawn it-tlett ijiem li gejjin iservu biex il-pubbliku jaghraf u jsegwi xoghol dawn il-haddiema li hafna drabi jipperikolaw hajjithom stess biex jipprotegu lill-pajjiz minn disastri kemm naturali u dawk maghmula mill-bniedem. Id-dedikazzjoni ta’ dawn il-haddiema hija ta’ min ifahharha.
Kull wiehed u wahda minnha tista’ tghin biex innaqqsu l-kazijiet fejn ikun mehtieg l-intervent tal-haddiema tal-Protezzjoni Civili. B’iktar attenzjoni fid-dar, fl-iskola u fuq il-post tax-xoghol nistghu nevitaw hafna incidenti. Ezempju iehor hija l-velocità zejda fis-sewqan li kull sena tissarraf f’ghadd ta’ persuni mweggha’ u uhud sahansitra mejta. Hija hasra tara daqshekk zghazagh involuti f’incidenti tat-traffiku.
F’servizzi bhalma joffri d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u agenziji ohra ta’ salvatagg u l-ewwel ghajnuna il-hin sakemm isir l-intervent jista’ jkun krucjali. F’Malta illum ghad ghandna ghadd ta’ numri tat-telefon fejn wiehed ghandu jcempel f’kaz ta’ emergenza. Numri differenti ghal ambulanza, pulizija jew tifi tan-nar.
Biex inkunu konformi ma’ pajjizi ohra madwar id-dinja, fil-futur qarib il-Gvern ser iniedi servizz ta’ numru tat-telefon wiehed ghal kull emergenza. Permezz tan-numru tal-telefon 112 wiehed ser ikun jista jaqbad ma’ kamra ta’ kontroll minn fejn imbaghad jigu ikkordinati l-htiegijiet li jkun hemm bzonn skond il-kaz biex jitnaqqas il-hin biex isir l-intervent mehtieg.
Meta jigi introdott in-numru tat-telfon wiehed ta’ emergenza, li ghall-ewwel ser jahdem parallel man-numri ezistenti, il-Ministeru ser iniedi kampanja ta’ informazzjoni ghall-pubbliku biex in-numru il-gdid jindara kemm jista’ jkun malajr.
L-appell tieghi illum ghalikom l-istudenti huwa biex kemm jista’ jkun biex tizguraw li tevitaw l-incidenti. Il-haddiema tal-Protezzjoni Civili kif ukoll il-volontiera kollha li jaghtu servizz minghajr hlas illum qeghdin hawn biex jghinukhom tevitaw il-periklu. Isimghu minnhom.
Fl-ahhar nett nixtieq f’isem il-Gvern u f’isem il-pubbliku Malti nirringrazzja lil-haddiema kollha tal-Protezzjoni Civili ghas-servizz li jaghtu lill-komunità. Nixiteq nirringrazzjom ta’ l-impenn taghhom biex jaccertaw li l-hajja taghna lkoll tkun iktar sigura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN