Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI IZUR L-ASSOCJAZZONI TA' L-INDURATURI

PR215
Date Icon 21/02/2002

"L-attenzjoni li qed nagħtu lil min huwa nvolut fl-Artiġjanat permezz tal-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat bdiet tagħmel differenza. Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat huwa mezz ieħor li biħ qed inżommu konsultazzjoni ma' dawk kollha li juru interess f'dan il-qasam. Matul is-sena l-ohra, tqassmu 'l fuq minn 100,000 ċertifikat ta' ġenwinità għal ma' prodotti artiġjanali, maħduma minn Artiġjani reġistrati mal-Kunsill, u li tpoġġew għall-bejgħ fil-ħwienet.

Mill-informazzjoni li ngħata lura l-Kunsill, minn stħarriġ fost 108 artiġjan u 81 imprenditur li tqassmulhom dan iċ-ċertifikat, stajt nara li dan l-eżerċizzju kien suċċess u għen biex il-prodotti ta' l-artiġjanat tagħna jkollhom preżentazzjoni aħjar." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo meta żar studenti u dilettanti ta' l-induratura fl-Intrata Guilding Club, il-Ħamrun.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo awgura li tintlaħaq ix-xewqa ta' dawk preżenti biex tkun iffurmata l-Assoċjazzjoni ta' l-Induratura sabiex ikompli jitrawwem l-għarfien u l-apprezzament ta' din is-sengha. F'dan ir-rigward huwa rrimarka li dawn għandhom ikunu ta' eżempju għal oħrajn li huma dilettanti ta' snajja oħra biex jingħaqdu flimkien.

"Huwa l-impenn tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat li jħajjar u jgħin biex f'pajjiżna jinħolqu iżjed assoċjazzjonijiet li jiġbru fihom artiġjani kemm li diġà qegħdin jaħdmu full time jew part-time snajja' kif ukoll lil dawk li jixtiequ jitgħallmu xi snajja' partikolari. Kemm-il darba rridu naraw qawmien u nteress fl-artiġjanat, irridu naħdmu flimkien biex inrawwmu s-suq u naraw li l-prodotti tagħna jkunu ta' kwalità. Min jaħdem fl-artiġjanat għandu jkun mgħejjun biex ikollu attività kummerċjali sostenibbli. Biex naslu għal dan is-suċċess ma nistgħux inżommu in-numru ta' artiġjani ristrett għal ftit. Iżjed ma jkollna min ipoġġi prodotti ta' l-artiġjant għall-bejgħ, iżjed jista' jkollna diverstà li tkabbar is-suq u żżid l-għażla għall-konsumatur" kompla jgħid is-Sur Vassallo.

Għalhekk importanti li naħdmu biex naraw li jkollna aktar assoċjazzjonijiet li jiġbru fihom artiġjani. Hekk nistgħu naslu li ma' dawk li jkunu fl-assoċjazzjoni u wkoll reġistrati fil-Kunsill naħdmu biex niffaċċjaw sfidi li jkunu qegħdin jolqtu lil settur partikolari."

Dwar dawk li qed jaħdmu fis-snajja', s-Segretarju Parlamentari temm jgħid li minn stħarriġ tas-suq tax-xogħol, jirriżulta li hawn mat-18,588 raġel jew 18% mit-total ta' l-irġiel li jaħdmu joperaw fil-qasam tas-snajja. Għalhekk huwa meħtieġ li kull minn huwa b'xi mod responsabbli, jagħti sehmu biex dawn kollha jkunu mgħejjuna jaħdmu f'ambjent aħjar u hekk iwasslu biex f'dan il-qasam ukoll ikollna ħolqien ta' mpjiegi ġodda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow