Malta u l-Albanija Jiffirmaw Zewg Ftehim Bilaterali
Malta u l-Albanija llum iffirmaw zewg ftehim bilaterali, wiehed dwar koperazzjoni fil-glieda kontra t-traffikar tad-droga u l-iehor dwar l-ezenzjoni tal-visa ghall-passaporti diplomatici, waqt attività li saret kmieni wara nofsinhar fil-Berga ta’ Kastilja.
L-ewwel ftehim li gie ffirmat kien dak dwar Koperazzjoni bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Albanija, fil-Glieda Kontra t-Traffikar Illecitu ta’ Drogi Narkotici u Sustanzi Psikotropici u dwar il-Kriminalità Organizzata. Dan il-ftehim gie iffirmat mid-Deputat Ministru ghall-Ordni Pubblika Albaniz, Mr Bujar Himci, u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern, Dr Godwin Grima.
Il-ftehim l-iehor kien dak dwar l-Ezenzjoni tal-Visa ghal Passaporti Diplomatici. Id-Deputat Ministru ghall-Affarijiet Barranin, Mr Luan Hajdaraga, iffirma dan il-ftehim ghall-Gvern Albaniz, filwaqt li s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern, Dr Godwin Grima, iffirma f’isem il-Gvern Malti.
Prezenti ghall-iffirmar tal-ftehim kien hemm il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, il-Ministru ta’ l-Intern, Dr Tonio Borg, l-Ambaxxatur Malti ghall-Albanija, Dr Joe Cassar, u l-President Albaniz, Rexhep Meidani, flimkien ma’ membri tad-delegazzjoni Albaniza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN