Left arrow Go Back

STRATEĠIJI GĦAR-RESTAWR TAS-SITI TAL-MIŻBLIET

PR203M
Date Icon 19/02/2002

Il-Ministeru għall-Ambjent il-bieraħ ippubblika d-dokumenti għal offerta ristretta dwar l-Iżvilupp ta' Strateġiji Ambjentali għar-Restawr tas-Siti tal-Miżbliet tal-Magħtab, Qortin u Wied Fulija. Id-dokumenti ntbagħtu lil Jessberger + Partner GmbH tal-Ġermanja u RPS Consultants Ltd, Scott Wilson Kirkpatrick & Co Ltd, AEA Technology Environment, Halcrow Group, Enviros Aspinwall and Intergeo Atlantic Ltd Environmental Technology tar-Renju Unit.

Dan l-eżercizzju hu essenzjali qabel ma jiġu żviluppati u approvati kwalunkwe proposti finali għar-riabiliazzjoni u l-użu futur tal-Magħtab, Qortin u Wied Fulija. Għal din ir-raġuni irid isir stħarriġ, investigazzjoni u risk assessment dettaljat ta' kull sit. Dan għandu jwassal għal azzjoni rimedjali u specifikazzjonijiet biex isiru xogħlijiet rimedjali f'kull każ.

Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjani għal rimedji, restawr u biex jinġiebu lura għal użu li jibbenefika lis-socjeta' il-miżbliet li kien hemm u dawk li għad hemm huma skedati fl-Istrateġija ghall-Immaniġġjar ta' Skart Solidu għall-Gżejjer Maltin biex jitlestew sa' l-aħħar tal-2003 u l-aħħar tal-2004 rispettivament. Dan juri li l-Ministeru għall-Ambjent qed jimxi skond time-frames li poġġa quddiemu fl-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' Skart Solidu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow