L-E.T. IL-PROFESSUR DOTTOR REXHEP MEIDANI, PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ALBANIJA U S-SINJURA TIEGHU FUQ ZJARA STATALI F’ MALTA
L-E.T. il-President ta’ Malta u s-Sinjura de Marco, tard illum wara nofs-in-nhar, laqghu lill-E.T. il-Professur Dottor Rexhep Meidani, President tar-Repubblika ta’ l-Albanija, u s-Sinjura Meidani li waslu Malta fuq zjara statali.
Wara li ntlaqa’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-President u s-Sinjura de Marco, l-impenji ufficjali tal-President Albaniz bdew b’cerimonja tat-tqeghid ta’ kuruna f’riglejn il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana. Minnufih wara, huwa kellu laqgha ufficjali mal-President ta’ Malta l-Prof. Guido de Marco, fil-Palazz, Valletta.
Wara l-iskambju tar-rigali, il-President de Marco ipprezenta lill-President Albaniz bl-insinja tal-Kumpann ta’ l-Unur bil-Kullar ta’ l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu. Minn naha tieghu il-President Meidani ipprezenta l-insinja ta’ l-Ordni ta’ Skanderbeg, l-Ewwel Klassi, lill-Kap ta’ l-Istat Malti.
Fid-diskorsi taghhom wara l-laqgha ufficjali, il-President de Marco qal li z-zewg Kapijiet ta’ Stat tkellmu fuq it-tishih tal-ko-operazzjoni bilaterali ta’ bejn iz-zewg Pajjizi u l-importanza taghhom f’kuntest Mediterranju.
Il-President Meidani filwaqt li fisser l-importanza taz-zjara tieghu f’Malta, fuq stedina tal-President de Marco, qal li z-zewg Pajjizi sejrin jahdmu flimkien fl-oqsma tal-ekonomija, it-turizmu u l-edukazzjoni.
Il-Professur Dottor Rexhep Meidani u s-Sinjura tieghu kienu aktar tard filghaxija l-mistednin ta’ l-Unur tal-President u s-Sinjura de Marco ghal Kuncert u Cena Statali fil-Palazz, Valletta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN