Left arrow Go Back

DISKORS MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA, FI TMIEM IL-PRANZU STATALI FL-OKKAZJONI TAZ-ZJARA STATALI TAL-PRESIDENT TA' L-ALBANIA - IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA - IT-TNEJN, 18 TA' FRAR 2002

PR198M
Date Icon 18/02/2002

Eccellenza,

Nilqghek f'dan il-Palazz bhala Kap ta' Stat ta' pajjiz habib u vicin.

Nixtieq infissirlek, Eccellenza u habib ghaziz, ix-xewqa tieghi li hawnhekk inti tgawdi l-ospitalità li ahna gawdejna f'pajjizkom waqt iz-Zjara Statali li jiena ghamilt f'Dicembru 2000. Din iz-zjara tissottolinja r-rabtiet politici tajba hafna bejn Malta u l-Albanija, kif ukoll ir-rabta sinciera ta' hbiberija li tezisti bejn il-popli taghna.

Eccellenza, jiena ili nzur pajjizek sa minn Marzu ta' l-1991. L-ewwel darba li jiena gejt pajjizek kien bhala President ta' l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti, biex nara z-zerniq tad-demokrazija ghal poplu li ried jasserixxi dan il-bzonn baziku ta' libertà li ghal hafna zmien kien gie lilu michud. L-Albanija hija maghrufa bhala l-art ta' l-ajkli - poplu kburi li matul l-istorja zamm l-identità u r-rilevanza storika tieghu. L-eroj nazzjonali taghkom, Skanderbeg, jippersonifika l-isfida kontra l-forzi superjuri ghall-harsien ta' dawk il-valuri li huma kkunsidrati retagg tal-kultura Ewropea.

Kelli l-privilegg li nzur pajjizkom ukoll f'okkazjonijiet ohra. L-Albanija ssieltet mhux biss biex tippreserva d-demokrazija taghha izda wkoll, minkejja diffikultajiet kbar, biex timxi 'l quddiem fl-ekonomija taghha. Wara bosta tigrib u tigrif, il-poplu Albaniz ta prova tad-determinazzjoni u l-impenn tieghu biex jiffaccja l-gejjieni.

F'dinja fejn il-fruntieri u l-barrieri qeghdin il-hin kollu jcedu ghal realtajiet aktar miftuha u ta' kompetittività, nirrikonoxxu l-htiega li nhejju lilna nfusna biex niffaccjaw il-bidla u l-isfidi li din tpoggi quddiemna. Illum, qeghdin nghixu f'xenarju politiku u ekonomiku internazzjonali gdid. Dan jitlob minna mod gdid ta' hsieb u strategija aktar marbuta - u jiena nemmen li l-pajjizi taghna qed ifittxu bis-serjetà li jwettqu flimkien ir-responsabbiltajiet komuni taghna.

Eccellenza,

Pajjizek ta xhieda tar-rieda shiha tieghu biex jimxi 'l quddiem fit-triq ta' l-istabbilità u l-moderazzjoni - kemm fil-politika domestika kif ukoll fil-kwestjonijiet internazzjonali. Din mhix haga hafifa meta wiehed jikkonsidra l-ghaxar snin gwerra, id-destabilizzazzjoni u l-avversità li harbtu l-pajjizi tal-Balkani.

Ahna lkoll rajna b'ghajnejna t-tragedja li garrab ir-regjun taghkom minhabba l-ideat estremi kemm politici kif ukoll nazzjonalistici. L-Albanija wriet l-ghaqal tar-rahan matul dawn iz-zminijiet difficli. Dan ghamel minn pajjizek fattur determinanti biex jigi assigurat li problemi komplessi ohra ma jitrewhux bla bzonn fuq konsiderazzjonijiet politici tal-mument. F'dan ir-rigward, l-istinkar taghkom renda kredibiltà lill-isforzi li wrejtu biex tinkiseb stabbiltà fit-tul fis-Sud Est ta' l-Ewropa.

L-istabbilità u s-sigurtà huma mirfuda mill-izviluppi socjo-ekonomici. L-evoluzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, imwielda minn gor-rovini taz-zewg gwerer dinjija katastrofici, jaghtu xhieda ta' dan. Ir-rikostruzzjoni tal-Balkani u l-integrazzjoni taghhom fl-istrutturi u l-garanziji ta' l-Unjoni Ewropea sa jkunu s-sisien ghal aktar sigurtà fil-kontinent.

Fi hdan l-Ewropa stabbli u prospera qeghdin tfittxu l-futur taghkom. Il-Gvern ta' Malta jemmen ukoll li l-futur taghna jinsab fi hdan l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li qeghdin insegwu l-ghan tas-shubija fl-Unjoni Ewropea, Malta digà ghalqet ghoxrin kapitolu ta' l-acquis u fiducjuza li ttemm in-negozjati sat-tmiem ta' din is-sena. Il-poplu ta' Malta se jkollu l-opportunità li jesprimi r-rieda sovrana demokratika tieghu dwar it-triq li ghandu jsegwi n-nazzjon taghna fil-gejjieni.

Intom ukoll Stat Mediterranju li ghandu interess dirett fl-izviluppi li jsehhu madwar dan il-Bahar. Ahna f'Malta ilna nheggu ghal zmien twil politika li tkun ta' gid reciproku ghall-Ewropa u ghar-regjuni tal-Mediterran. Fid-dinja globalizzata taghna, differenzi qawwija fl-opportunitajiet u fil-livelli ta' l-ghixien bejn pajji]i u re;juni li huma relattivament girien, jistghu jxerrdu stat ta' incertezza xejn mixtieqa.

Minn dan johrog il-bzonn li naghtu lir-regjun tal-Mediterran is-sehem ta' l-importanza li jisthoqqlu fl-agenda internazzjonali. Jiena nemmen li hawnhekk insibu s-soluzzjonijiet ta' problemi fondamentali li jipperikolaw is-sigurtà tal-komunità internazzjonali. Kif nistghu naghmlu minn dan il-bahar arja ta' konvergenza fost il-popli u l-kulturi u mhux bahar ta' firdiet attwali jew percepiti li jezistu llum. Malta ghandha impenn sa minn bosta snin ilu li tinkoraggixxi u tkabbar dan id-djalogu bejn ir-regjuni ta' fuq u ta' isfel tal-Mediterran. Ahna tal-fehma li dan id-djalogu sar aktar importanti llum, wara l-avvenimenti tal-11 ta' Settembru.

Fondamentali ghas-success jew il-falliment ta' dan id-djalogu huma l-problemi komplessi bejn l-Izrael u l-Palestinjani, li ghal hames decenni u izjed ghamlu minn dan ir-regjun zona ta' turment u ta' terrur, ta' okkupazzjoni u ta' umiljazzjoni. Malta tappogga l-isforzi li jistghu jwasslu ghal soluzzjoni gusta tal-konflitt tal-Lvant Nofsani. L-estremizmu, f'kull forma jew espressjoni, huwa ostakolu ghall-paci. U jekk il-Process tal-Paci ma jergax jigi avvjat fuq il-binarji propri tieghu, l-akkuzi reciproci u l-vendetti jxejnu dejjem izjed id-diskors tal-moderazzjoni u l-kompromess. Dan jitlob kuragg mill-partijiet kollha involuti - tassew, il-Paci tal-Qalbiena. Dan jehtieg ukoll li l-komunità internazzjonali terfa' r-responsabbiltà taghha biex tassigura li r-rizoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jigu implimentati u osservati pjenament.

Eccellenza, hawnhekk ninsabu fis-Sala tal-Gran Kunsill, wahda mill-aktar swali prestigjuzi fil-Palazz Presidenzjali. Madwarna hawn affreski ta' erba' mitt sena ilu li jiddeskrivu l-Assedju l-Kbir ta' l-1565, meta l-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann, flimkien mal-poplu Malti, zammew iebes kontra l-attakk ahrax ta' l-aggressur. Seklu qabel din il-grajja, Georg Kastriota Skanderbeg bl-istess mod, kien irrezista b'success l-ghadu Ottoman.

Illum din l-istorja hija parti mill-wirt Ewro-Mediterranju taghna. Illum nissieltu biex naghmlu mill-Mediterran mhux aktar bahar ta' taqbid u konflitt izda regjun ta' stabbilità u ftehim.

Dan huwa ambjent xieraq fejn illum minn qalbna qeghdin nilqghuk bhala Kap ta' Stat ta' pajjiz gar taghna li nhaddnu l-istess ideali, tamiet u aspirazzjonijiet ghal futur prosperu mibni fuq il-paci.

B'dawn il-hsibijiet, nitlobkom Eccellenzi, Sinjuri, biex tixorbu ghas-sahha tal-President Rexhep Meidani u s-Sinjura Meidani u ghall-hbiberijia u l-kooperazzjoni bejn il-poplu ta' Malta u dak ta' l-Albanija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow