Diskors mill-Onor. Dr. Tonio Borg, Ministru ta’ l-Intern waqt il-ftuh ufficjali ta’ Immigration Reception Centre f’Hal Far – 15 ta’ Frar 2002
Sur Kummissarju tal-Pulizija,
Sur Kummissarju tar-Rifugjati,
Ufficjali,
Sinjuri,
Il-htiega biex jinbena bini bhal dan li fih se jkun qed jospita l-immigranti li jidhlu f’dan il-pajjiz hija parti mill-isforz kollettiv li l-Gvern qed jaghmel biex filwaqt li jhares lil pajjizna minn immigrazzjoni llegali u jharrax il-pieni kontra dawk li jisfruttaw lil dawn l-immigranti, jittratta lil dawn l-immigranti illegali b`mod dinjituz.
Dan il-bini se jilqa` kemm dawk l-immigranti klandestini li jinqabdu Malta illegalment u kemm dawk li jkunu hawnhekk u jkollhom talba pendenti ghal status ta’ refugjat. Id-distinzjoni bejn immigrant klandestin hija netta u ghandha tkun cara ghal kulhadd.
Sa ftit snin ilu, l-immigranti llegali kienu jitpoggew il-habs jew jithallew ghal xhur shah fic-celel tad-depot, li kienu intizi ghal akkomodazzjoni ghal massimu ta` 48 siegha; u anki ghal tali detenzjoni qasira dan il-post kien gie kundannat anki mill-Qrati Maltin. Fil-fatt anki r-Rapport tal-Kunsill tal-Ewropa kemm fl-1990, kif ukoll fl-1995 kienu appellaw lill-Gvern sabiex jirrimedja ghal dis-sitwazzjoni peress li dawn l-immigranti ma setghux jitqiesu bhala kriminali.
Kien ghalhekk li l-Gvern iddecieda illi jirranga post dilapidat li qabel kien f`idejn is-servizzi sabiex jakkomoda l-immigranti u dawk li japplikaw ghal status ta` refugjat.
Ta’ min jghid li sa ftit taz-zmien ilu dan il-post kien kompletament abbandunat u fi stat dilapidat. Fil-fatt, mill-1979 sal-lum dal-bini ftit li xejn intuza.
Minn meta nghata lill-Korp tal-Pulizja sar hafna xoghol fih u hawnhekk nixtieq nifrah lit-Trade Section li taht it-tmexxija tal-Kummissarju, ghamlu l-almu taghhom kollu biex joffru post decenti u uman ghal dawk kollha li jsibu ruhhom fih. Dan il-post huwa hafna ahjar minn dak li kien hemm Ta` Kandja, li kien tajjeb ghal numru limitat ta’ immigranti izda meta kien ikun hemm influss kbir kien johloq problemi ta` sovraffollament.
Ic-centru l-gdid jilqa’ fih madwar mitt persuna u fih il-facilitajiet kollha li wiehed ghandu jsib f’post ta’ detenzjoni. Bhalissa f’Malta hawn madwar sebghin immigranti, li l-parti l-kbira taghhom applikaw ghal status ta’ refugjat.
Nixtieq niehu din l-opportunita` sabiex infahhar il-hidma tal-Pulizija tal- Immigrazzjoni ghall-hidma ta` dawn l-ahhar xhur kontra l-immigrazzjoni llegali. Ta` min ifakkar illi fl-2001 gew rifjutati fl-ajruport u s-Sea Port, 2266 persuna barranija, 731 persuna ttellghu il-Qorti biex jigu deportati. Minn dawn madwar sittin persuna ghadhom Malta minhabba li ghandhom talba pendenti ghal status ta’ refugjat.
Fl-ahharnett ta` min ifakkar li kif weghidna fil-White Paper, il-Parlament approva klawsola li biha kull min jinqabad iwettaq ir-reat ta` traffikar fl-immigranti jehel piena ta` hames snin (qabel kienet 6 xhur) u/jew multa minima ta` Lm10,000; u ma tistax tinghata sentenza sospiza, piena anqas mill-minimu, jew ‘probation’. Dana oltre il-piena applikabbli f`kaz ta` hsara li ssir fuq il-persuna tal-immigranti.
Il-Gvern huwa kommess li postijiet bhal dawn ikunu jirrispettaw id-dinjità tal-persuna, irrispettivament minn liema parti tad-dinja tkun gejja u tkun xi tkun ir-raguni ghaliex tkun qed tinzamm hawnhekk.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN