XOGHLIJIET TA’ TOROQ FIL-MOSTA
Wiehed mill-akbar progetti li bhalissa ghaddej bihom il-Ministeru ghat-Trasport u Komunkazzjoni huwa dak tar-rikostruzzjoni tat-triq periferali tal-Mosta, twila 1.8Km, u li tibda mill-inhawi ta’ Santa Margerita sar-roundabout tan-naha t’isfel ta’ Vjal il-Labour fin-Naxxar. Dal-ghodu d-Direttorat tat-Toroq stieden lill-membri ta’ l-istampa sabiex izuru l-post fejn qeghdin isiru dawn ix-xoghlijiet li huwa holqa ohra fil-pjan tal-Ministeru ghat-titjib fit-toroq arterjali ta’ Malta.
Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni l-Onor. Censu Galea tkellem mal-gurnalisti u tahom iktar dettalji dwar l-ghanijiet tal-Gvern f’dan il-qasam u semma iktar progetti li ser jibdew fix-xhur li gejjin.
Il-kuntratt ghat-twettiq ta’ dan il-progett inghata bhala "Design, Build and MaintainContract". Dan ifisser li l-kuntrattur ikun responsabbli mill-istadji kollha tal-progett, mid-disinn tat-triq skond il-qisien u standards tad-Direttorat tat-Toroq, mix-xoghol tal-bini tat-triq u mill-manutenzoni tat-triq ghal perjodu ta’ hames snin.
Din is-sistema taghti garanzija li l-kuntrattur jaghmel xoghol ta’ kalibru gholi sabiex ma jkollux jirranga jew jibdel xoghol ta’ kwalità inferjuri, li d-difetti tieghu jinkifxu wara zmien ta’ uzu. Fil-prattika dan ifisser li kuntrattur jista’ jibqa’ responsabbli ghax-xoghol li jkun wettaq ghal perjodu ta’ disa’ snin, jekk fi tmiem il-hames snin, jinstab li x-xoghol li kien ghamel ma kienx ta’ standard accettabbli.
Ix-xoghol fuq din it-triq periferali jikkonsisti fi qtugh ta’ ammont sostanzjali ta’ blat sabiex tigi ffurmata t-triq, bini ta’ culverts ghas-servizzi, gandotti ghall-ilma tax-xita, xoghol ta’ landscaping u kisi bit-tarmak. Meta titlesta t-triq tkun ta’ kareggjata wahda b’zewg lanes, biex tkun konformi ma’ l-istandards normali ghat-toroq f’inhawi residenzjali. Sal-lum sar xoghol fuq medda ta’ 1Km minn din it-triq. Xoghol iehor li sar s’issa jinkludi tqeghid ta’ pajpijiet ta’ l-ilma ta’ 350mm dijametru. B’kollox ix-xoghol ser jiswa Lm 600,000.
Minbarra dan il-progett, id-Direttorat tat-Toroq qieghed jaghmel xoghlijiet ohra fil-lokalità tal-Mosta. Beda x-xoghol ghal bini ta’ Triq il-Htajriet li bhalissa jikkonsisti f’xoghol ta’ preparazzjoni ghat-trasferiment ta’ residenti f’postijiet ohra sabiex jitwaqqa’ bini, sabiex ikunu jistghu jinfethu partijiet mit-triq li ghadhom mhumiex zviluppati. Sar ukoll xoghol fuq is-sistema tad-drenagg u issa li giet iffurmata t-triq fil-parti ta’ bejn Triq il-Kbira u Triq Sant’Antnin, matul din is-sena ser jitkompla x-xoghol hekk kif ikunu tlestew l-arrangamenti kollha ta’ rilokazzjoni. Meta titlesta din it-triq tkun twila madwar 1Km u tkun swiet madwar Lm 250,000.
F’parti ohra tal-Mosta maghrufa bhala tax-Xkora, sar xoghol li sewa Lm 80,000 fuq erba’ toroq. Xi xhur ilu kien twettaq progett ta’ rikostruzzjoni fuq parti ta’ Triq Valletta li sewa madwar Lm 300,000. F’parti minn Triq il-Fortizza sar xoghol biex tittaffa l-problema tal-gharghar, sar xoghol ta’ bankini fi Triq San Gwann u toroq ohra ta’ l-inhawi; u tpoggew ukoll hames pelican crossings fi Vjal Indipendenza, Triq Valletta, Triq il-Kungress Ewkaristiku u Triq il-Kostituzzjoni.
Bhalissa d-Direttorat tat-Toroq ghaddej ukoll b’diskussjonijiet mal-Kunsill tal-Mosta dwar xoghlijiet ohra li ghandhom isiru fil-lokalità.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN