Devoluzzjoni fil-Belt Valletta
Illum issokta l-process ta’ devoluzzjoni fil-Kunsilli Lokali. Dan il-process huwa marbut mal-politika tal-Gvern li jaghti iktar poteri lill-Kunsilli Lokali. Dr. Gatt irrefera ghall-process ta’ devoluzzjoni, bhala turija ta’ fiducja fil-Kunsilli. "Nemmnu li l-Kunsilliera jafu kif jaghrfu jamministraw ahjar il-proprjetajiet devoluti lilhom, fl-ahjar interess tal-komunità taghhom", kompla Dr. Gatt.
Kien imiss lill-Kunsill tal-Belt Valletta biex illum jibbenefika minn dan il-process. Fil-fatt il-Gvern llum ghadda mahzen fi Triq Nofs in-Nhar, il-Belt Valletta, lill-istess Kunsill. Dan il-Mahzen huwa bini li jmur lura ghal zmien il-Kavallieri.
Dwar il-Belt Valletta, Dr. Gatt rrefera ghall-fatt li f’hafna kazi, il-htigijiet tal-Belt Valletta huma pjuttost differenti minn lokalitajiet ohra minhabba, li primarjament, hija l-Belt Kapitali, u taqdi funzjonijiet importanti, kemm fuq livell amministrattiv kif ukoll fuq livell turistiku. Proprju ghalhekk li lokalità bhal Belt Valletta tibbenefika minn hafna.
Il-Ministru Gatt sahaq fuq l-importanza li fl-elezzjonijiet ta’ Marzu li gej kulhadd imur jivvota biex jeleggi lir-rapprezentanti tieghu fil-lokalità. Il-Kunsilli Lokali ser ikomplu jissahhu kemm bil-fondi, fejn ghal sena ohra, il-Gvern rega’ ziedhom, kif ukoll b’aktar devoluzzjonijiet, kif ukoll bil-provedimenti ta’ servizzi elettronici lill-poplu.
Sadanittant dan il-ftehim kien iffirmat bejn is-Sindku tal-Belt u d-Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet, fil-prezenza tal-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN