Xoghol ta’ Kostruzzjoni ta’ toroq f’Birkirkara
Dal-ghodu l-istampa kienet mistiedna izzur t-toroq f’Birkirkara fejn bhalissa ghaddej xoghol ta’ asfaltar. Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Hon Censu Galea zar dawn l-inhawi biex jara l-ammont sostanzjali ta’ xoghol li sar.
Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti mill-programm estensiv ta’ xoghol ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq li bhalissa ghaddej f’diversi bliet u rhula f’Malta.
F’ Birkirkara sar xoghol f’mhux anqas minn 13-il triq fosthom Triq Borg Olivier, Triq Maestro Camilleri, Triq il-Monti, Triq G. Vella, Triq tal-Qattus, Triq iz-Zerniq, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, u partijiet minn Triq Vilhena, Triq Gollcher, Triq Saliba, u Pjazza Eroj fl-inhawi tal-Qattus b’nefqa totali ta’ Lm 180,000.
Sar ukoll xoghol fuq toroq fiz-zona tal-Knisja ’l-Qadima fosthom Triq Dar il-Kleru, Triq K. Galea, Triq E Schembri, Triq S. Mizzi, Triq A Aquilina, Triq San Pawl, Triq X Cortis, u Triq C Brincat u parti minn Triq l-Istazzjon,. Fl-inhawi tal-Wejter, Triq Santa Rita, Triq Gazzija u Triq Farrugia ukoll inghataw wicc tarmac. Dan ix-xoghol b’kollox sewa Lm 145,000.
Fl-inhawi ta’ Triq Psaila sar xoghol li jiswa Lm 200,000 fuq Triq Wignacourt, Triq Wejter, Triq Sta Marija, Triq Sant’ Elija, Triq Patri Delia, Triq G.F De Soldanis, u partijiet minn Triq Dun F Borg u Triq Parilja. Dan minbarra s-somma ta’ Lm 600,000 li ntefqu sabiex Triq Psaila nbniet mill-gdid.
Dan l-ahhar ghadhom kemm hargu talbiet ghal offerti ghal xoghol fi Triq F Geneste u parti minn Triq T Dingli. Bhalissa ghaddejin diskussjonijiet ma’ entitajiet sabiex xoghol fuq tqeghid ta’ pajpijiet u cables isir qabel johorgu t-talbiet ghal offerti ghal xoghol ta’ rikostruzzjoni fi Triq Notabile u parti minn Triq Brighella.
Fl-inhawi fejn jkun qieghed isir xoghol ta’ bini ta’ toroq problema li jiffaccja kontinwament id-Direttorat tat-Toroq hija proprju li jinstabu servizzi mqeghda fil-wicc tat-triq jew mhux fil-fond bizzejjed li ma tkunx tista’ ssirilhom hsara.
Sabiex ikun zgurat li jsir xoghol ta’ kwalità tajba u li jservi fit-tul l-inginiera u l-istaff tekniku tat-Direttorat tat-Toroq isegwu x-xoghol li jkun qieghed isir u jaghmlu testijiet fuq il-materjal li jkun intuza.
Kollox sar xoghol fuq medda ta’ 5.3Km toroq. Dan ix-xoghol maghmul mid-Direttorat tat-Toroq jikkumplimenta hafna xoghol iehor li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN