IL-PETROL BIC-COMB SER JISPICCA
Kif diga’ thabbar, il-petrol bic-comb ser jispicca sa l-ahhar ta’ din is-sena bhala parti minn strategija universali li tibrojbixxi l-uzu tac-comb fil-petrol. Peress li f’Malta ghad hawn numru konsiderevoli ta’ karozzi li ma jistghux jahdmu bil-petrol bla comb wahdu, il-Korporazzjoni Enemalta hadmet fuq soluzzjoni li tikkawza l-anqas inkonvenjent lis-sewwieqa minhabba li ser jispicca l-petrol bic-comb.
Is-soluzzjoni li sabet il-Korporazzjoni hi li ddahhal fis-suq "lead replacement petrol" (LRP) li jipprovdi l-istess kwalitajiet bhal petrol bic-comb, jigifieri "octane rating" ghola minn dak tal-petrol bla comb, kif ukoll protezzjoni kontra hsara lil-"valves" tal-magna. LRP ser ikun maghmul minn petrol bla comb u addittiv imsejjah MMT, li hu bbazat fuq il-"manganese".
Dan l-additiv ser jigi mizjud mal-petrol bla comb fl-istallazzjoni ta’ l-Enemalta u ser jigi mwassal lill-petrol stations kif illum jitwassal il-petrol bic-comb. Hekk ser jigi zgurat li l-addittiv qed jigi mizjud fid-doza ezatta, u s-sewwieq kif ukoll is-sidien tal-pompi tal-petrol, ser isibu kollox lest.
L-LRP jista’ jithallat mal-petrol bic-comb. Ghalhekk m’hemmx ghalfejn jigi zvujtjat it-tank bil-petrol bic-comb qabel ma jimtela’ bl-LRP.
LRP ser jinbiegh bl-istess prezz tal-petrol bic-comb, jigifieri 3 centesmi l-litru aktar mill-petrol bla comb, kif kien il-kaz din l-ahhar sena.
LRP ser jibda’ jitqassam lill-pompi fil-granet li gejjien. Il-petrol bic-comb ser jispicca fiz-zmien gimghatejn meta mistenni jispicca l-istokk prezenti.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en