Left arrow Go Back

Messagg tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena Mill-E.T. il-President ta’ Malta, Il-Prof. Guido de Marco

PR1787
Date Icon 24/12/2002

Huti Maltin u Ghawdxin, 

Il-Milied hu zmien ta’ hena, zmien meta tikber fina x-xewqa li naqsmu l-hena taghna ma’ haddiehor. Jiena nhares lejn il-poplu Malti bhala familja wahda, fejn il-fehmiet differenti joholqu djalogu izda mhux firda, fejn inhossu l-bzonn li nghinu lil xulxin u naghrfu li f’dawn il-granet ta’ ferh, il-ferh ikun isbah meta nipprovaw naqsmuh ma’ min ihossu nieqes minnu.

Hemm hafna affarijiet li jxekklu l-ferh: in-nuqqas ta’ qbil fil-familji; l-inkwiet ta’ zghazagh fid-droga jew ta’ ohrajn li qabdu triq hazina; il-faqar meta kap ta’ familja jitlef xogholu u fuq kollox meta jkun hemm il-mard. Nistqarr li meta nkun sejjer nara lil xi hadd l-isptar inhoss certu dieqa. Meta mbghad nkun l-isptar, inhoss kemm hu nuqqas tieghi li ma mmurx aktar ta’ spiss inzur il-morda. Il-marid, mhux tant il-hniena jrid, imma dik l-ghafsa t’id li biha jhossu mahbub.

Dawn il-granet kelli l-okkazjoni mmur l-isptar biex nara inizjattiva tal-mama’ u l-papa’ ta’ tfajjel li miet ftit tal-gimghat ilu - kellu biss hames snin. Il-genituri tieghu riedu jgeddu l-hajja tieghu billi jaghmlu mill-isptar tat-tfal post fejn jilqghek iktar, fejn il-genituri u t-tfal ikunu iktar fil-kumdita’, fejn it-tfal jistghu jkomplu jaraw il-programmi favoriti taghhom fuq it-televizjoni u fejn mohhhom jitbieghed ftit mis-sahha li tkun qed tonqoshom. Thossok bniedem gdid tara l-hajja terga titwettaq u r-rieda tal-bniedem tirbah fuq id-dieqa tal-qalb.

Dan hu l-ispirtu tal-Milied! Dan hu zmien fejn min hu wahdu ma jghix biss fil-memorji ta’ meta ma kienx, u jibki l-imghoddi, izda jhoss li l-hajja miexja ‘l quddiem u hu miexi maghha. Ghaliex il-hajja hija solidarjeta’.

Is-solidarjeta’ mhix biss ma’ tal-familja, izda ma’ l-anzjan li jinsab wahdu, ma’ min hu batut, ma’ min qieghed f’cella l-habs u mal-familji taghhom, ma’ min ghandu bzonn spalla fuq hiex jistrieh. Ghandna nkunu f’dan iz-zmien, messaggiera ta’ tama u kuragg ghas-sena l-gdida.

Din is-sena rajna mijiet ta’ klandestini jaslu Malta. Hemm konflitt bejn il-hniena lejn min huwa rifugjat tal-faqar u l-mezzi limitati ta’ pajjizna li jibqa jzomm dawn il-mijiet. Ghal xi whud dawn huma nies li jgibulna hasra, ghal ohrajn huma piz fuqna. Ghalija dawn huma bnedmin bhalna u b’li nistghu, ghandna nghinuhom.

Il-Milied igib ghalina lkoll memorji ta’ tfulitna; il-mumenti meta mal-genituri taghna konna mmorru l-quddiesa ta’ nofs il-lejl, il-ferh mad-daqq tal-glorja, il-gost li meta mmorru lura d-dar nqeghdu l-Bambin fil-grotta ghax issa twieled il-Messija. Kienu jolqtuni l-angli jzommu kitba ‘Paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba’. Anki meta kont tifel kienet thabbatni din il-kawlifika ghall-paci, l-paci li hija marbuta mar-rieda tajba, ghaliex fejn m’hemmx rieda tajba ma tistax issaltan il-paci.

Niftakar meta tlett snin ilu, kont fil-Knisja tan-Nativita’ f’Betlehem, u l-Patriarka Michel Sabbah iccelebra l-quddiesa, hdejja kien hemm il-President Arafat mal-mara tieghu. Wara l-quddiesa inzilna fejn skond it-tradizzjoni qaddisa, twieled il-Bambin, Dak in-nhar hlomna millenju ta’ paci, hlomna li l-paci ser tinbet anke fl-Art Imqaddsa. Illum f’Betlehem m’hemmx il-paci izda t-tankijiet li qeghdin jokkupawha. U hawn nifhem ghaliex il-paci tiddependi mir-rieda tajba tal-bniedem. Kulhadd ghandu r-responsabilita’ li jwettaq din ir-rieda tajba.

Jien nahseb li l-isbah messagg, kif ukoll missjoni, li rcevejna bhala poplu Malti kien meta l-Papa, s-sena l-ohra qalilna li ahna ghandna nkunu:

‘bennejja ta’ pontijiet bejn il-gnus tal-bahar Mediterran, bejn l-Afrika u l-Ewropa’

Il-gid ta’ pajjizna jiddependi fuq kemm hawn paci madwarna: jekk l-inkwiet madwarna jizdied, dak kollu li jgib il-gid jonqos. Ghalhekk li nahdmu ghall-paci ma tfissirx biss imhabba lejn il-proxxmu, izda dover taghna lejn il-poplu Malti stess.

Fis-sena l-gdida dan il-poplu ser ikun imsejjah biex jiehu decizjonijiet importanti, decizjonijiet li jeffetwaw il-futur taghna lkoll. Jehtiegilna nghixu d-demokrazija u dan billi nkunu tolleranti lejn il-fehmiet differenti, huwa b’hekk li jista’ jinholoq dak id-djalogu shih li permezz tieghu nfittxu x’hinu l-ahjar gid ta’ pajjizna. Flimkien ghandna naslu ghall-konkluzjonijiet taghna, flimkien ghandna nagharfu nirrispettaw ir-rieda tal-poplu kif demokratikament espressa, ghaliex din hija demokrazija, li ahna nemmnu fiha.

Pajjizna ghandu jkompli fil-valuri li rcieva minghand missirijietna. Anki dawn il-valuri izda, jiggeddu f’socjeta’ li tinbidel kuljum. Ghada jinbena fuq il-bierah pero’ ghada ma jistenniex il-bierah. U hekk kif il-hajja tevolvi, ser ikomplu jibnu s-socjeta’ taghna uliedna: sejrin jahdmu bl-gherf li tghallmu min ghandna, sejrin jghixu bl-attitudnijiet tal-hajja li hadu mill-ezempji taghna. Il-messagg li ghandu jorbot lilna u lil ta’ warajna f’dan il-Milied huwa wiehed ta’ gustizzja, ta’ mhabba u ta’ paci.

Nawgura lilkom li qeghdin tisimghuni go djarkom, lil familiji taghkom, lil hutna Maltin u Ghawdxin, il-Milied it-tajjeb u sena gdida ta’ risq, paci u ghaqda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow