GHOTJA TA’ AKTAR MINN Lm190,000 LILL-FONDAZZJONI ARKA
Il-Fondazzjoni Arka, matul is-snin li gejjin tista’ tircievi is-somma ta’ Lm195,000 sabiex tkun tista’ tipprovdi servizzi residenzjali ghall-persuni b’dizabilita’. Dan huwa possibbli permezz ta’ ftehim li intlahaq bejn il-Fondazzjoni Arka, il-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Ministeru ghall-Ghawdex, liema ftehim gie iffirmat illum mill-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u d-Direttur tal-Fondazzjoni Arka, Dun Manwel Curmi gewwa Ghajnsielem, Ghawdex.
Wara numru ta’ diskussjonijiet u negozjati, il-Ministeru ghall-Politika Socjali permezz tas-Supported Living Division fi hdan il-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Harsien Socjali, stabbilixxa procedura li permezz taghha dan il-ftehim jista’ jigi fis-sehh, sabiex tkompli tissahhah il-politika tal-Gvern favur il-holqien ta’ servizzi residenzjali ghall-persuni b’dizabilta’.
Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Ministeru ser jissussidja sitt persuni b’dizabilita’ li jehtiegu livelli differenti ta’ support, liema persuni ser jigu maghzula skond kriterji li gew stabbiliti u li jiffurmaw parti mill-ftehim. Dawn il-kriterji ser jithaddmu minn kumitat imwaqqaf apposta bejn iz-zewg entitatjiet.
Dan il-ftehim li ser jghodd ghat-tlett snin li gejjin jipprovdi ghall-ghotja sa massimu ta’ Lm65,000 fis-sena, skond kemm il-Fondazzjoni taghmel uzu mill-provedimenti tal-ftehim milhuq. Intlahaq wkoll ftehim sabiex il-Fondazzjoni taghmel uzu massimu mill-impjegati tas-Servizz Pubbliku u li jistghu jigu identifikati sabiex jigu mislufa lill-Fondazzjoni filwaqt li jigu mhallsa mill-Gvern.
Servizz importanti iehor li ser jinghata permezz ta’ dan il-ftehim huwa l-uzu tal-facilitajiet terapewtici (pools, gym u l-multisensory room) gewwa l-Fondazzjoni Arka minn persuni b’dizabilta’ li jattendu servizzi ohra simili tal-Gvern gewwa Ghawdex.
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, sahaq fuq l-importanza ta’ dan il-ftehim li ser jipprovdi servizz totalment gdid lil numru ta’ familji u lill-persuni b’dizabilita’. "Dan il-ftehim huwa holqa ohra mportanti fil-politika tal-Gvern f’dan il-qasam li hija direttament immirata sabiex jigu pprovduti servizzi residenzjali ghall-persuni b’dizabilta’. Din hija weghda ohra elettorali mwettqa, li permezz taghha l-Gvern qed ikompli jghin lis-settur volontarju sabiex jipprovdi servizzi li jtejbu l-kwalita’ tal-hajja ta’ dawk li jinsabu l-aktar fil-bzonn sabiex hadd ma’ jibqa’ lura."
Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono stqarret li "anke l-istess iffirmar ta’ dalghodu, bejn il-Gvern u fondazzjoni ta’ natura volontarja hija wkoll konferma ta’ weghda ohra elettorali – dik li l-Gvern ifittex li jissieheb ma’ organizzazzjonijiet ohra privati ghall-gid tas-socjeta’ b’mod generali. Il-Ministeru ghal Ghawdex sa mill-bidu ta s-sostenn lill-Fondazzjoni Arka fit-twettieq ta’ dan il-progett. Fil-fatt, anke sabiex inbena dan il-kumpless li ninsabu fih dalghodu, il-Ministeru ghal Ghawdex ta ghajnuna sostanzjali kemm permezz ta’ xoghol maghmul minn haddiema tal-Gvern kif ukoll permezz ta’ materjal. L-ghajnuna taghna lejn settur daqstant importanti, izda, ma waqfitx hekk kif tlesta l-progett infrastrutturali izda ser tibqa’ ghaddejja sabiex persuni b’dizabilita’ u l-familji taghhom jistghu jaghmlu uzu minn dan il-kumpless fuq bazi ta’ respite jew residenzjali.
Dan is-servizz ghandu sinifikat specjali ghall-familji Ghawdxin li ghandhom membru tal-familja b’dizabilita’ peress illi dawn huma servizzi godda li ser jinghataw f’Ghawdex stess ghall-ewwel darba. Kien ghalhekk li dalghodu, il-Ministeru ghal Ghawdex u l-Ministeru ghall-Politika Socjali qed niffirmaw dan il-ftehim mal-Fondazzjoni Arka – ftehim li jseddaq b’mod konkret ir-responsabbilita’ li l-Gvern taht l-amministrazzjoni prezenti jiehu ghall-avvanz ta’ kull settur tas-socjeta’".
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en