ATTIVITAJIET GHAL ZMIEN IL-MILIED GHAR-RESIDENTI TA' SVPR.
Illum tkomplew l-attivitajiet socjali u divertenti ghar-residenti ta' San Vincenz de Paul f'dawn iz-zminijiet sbieh tal-Milied u l-ewwel tas-sena gdida.
Il-programm ta' attivitajiet gewwa SVPR bdew nhar l-erbgha 11 ta' Dicembru u jibqghu sejrin sat-Tnejn 6 ta' Jannar 2003. L-attivita' tal-lum saret gewwa l-Garden of Eden restaurant fiz-Zurrieq fejn mijiet ta' anzjani minn San Vincenz -fosthom madwar 100 fil-wheelchairs- attendew ghall-ikla tradizzjonali tal-Milied.
L-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, meta kien qed ikellem lil dawn l-anzjani qal li hu ta’ sodisfazzjon ghalih li jara daqstant anzjani igawdu l-ferh tal-Milied flimkien u jippartecipaw f’ dawn l-attivitajiet organizzati ghalihom, anki barra r-residenza San Vincenz. Huwa qal li din is-sena kienet sena ohra ta' impenn u xoghol kontinwu. Semma li bhalissa ghaddej xoghol ta' rikostruzzjoni fuq il-Wards nisa u rgiel 1,2,3,4. Dan ix-xoghol li huwa ttamat li jitlesta s-sena d-diehla zgur li ser joffri l-aqwa ambjent u kwalita ta’ hajja ahjar ghall-anzjani li jghixu hemm.
Dr. Mifsud Bonnici qal li sabiex l-anzjani residenti kollha jgawdu l-ferh ta' dawn il-festi, fis-swali kollha jkun hemm kant ta' ghanjiet tal-Milied minn diversi korijiet, studenti minn skejjel Primarji u Sekondarji jzuru lill-anzjani, daqq ta' ghanjiet tal-Milied minn diversi baned Maltin, imma fuq kollox jigu mzejna s-swali kollha. Il-Kumitat tal-Welfare jaghti rigal tal-Milied lir-residenti kollha.
Dr. Mifsud Bonnici filwaqt li heggeg sabiex f'dawn il-festi sbieh tal-Milied, aktar qraba u hbieb izuru lil dawn ir-residenti, huwa rringrazzja lill-istaff kollu tax-xoghol u d-dedikazzjoni taghhom lejn l-anzjani, u irringrazzjahom ta’ l-impenn taghhom biex izejnu s-swali u awgura l-isbah xewqat ghall-festi ta’ Milied hieni u sena mimlija rizq u barka lill-anzjani, lill-istaff kollu u lill-qraba taghhom.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en