Left arrow Go Back

JINHARGU ENFORCEMENT NOTICES MILL MEPA BIEX JITNADDFU OPEN SPACES F’ZONA INDUSTRIJALI TAL- HANDAQ

PR1760
Date Icon 17/12/2002

Il-MEPA harget numru ta’ enforcement notices fuq open spaces li hemm f’zona industrijali f’ Tal-Handaq. Hekk ukoll irid jigri ghaz-zona industrijali ta’ l-Imriehel.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kkummenta li f’ dawn iz-zewg zoni industrijali ghadhom kemm tlestew it-toroq u twasslu servizzi infrastrutturali li kienu nieqsa. Ma jistax ikun li issa li t-toroq saru tajba, nibqghu nippermettu li dawn it-toroq issa jwasslu biex aktar individwi irresponsabbli jispiccaw jarmu l-skart taghhom f’ zoni li ghadhom mhux mibnija. Dawn iz-zoni industrijali huma zoni fejn jahdmu ghadd gmielu ta’ impjegati u self-employed li ghandhom dritt jahdmu f'’ambjent nadif u sigur.

Ma’ dawn l-enforcement notices il-pulizja wkoll gew imharrga biex iharrku lil dawk kollha li jinqabdu jarmu skart barra minn negozji taghom. Kull skart li jitwaddab barra ghandu jitqies bhala att vandalu kontra kull min jahdem f’dawn iz-zoni. Kull skart li jitwaddab f’toroq ghandu jitqies bhala periklu ghas-sahha ta’ kull min jahdem f’dawn iz-zoni industrjali.

Ghalkemm sa min dejjem dawn iz-zoni industrijali dehru bhala mitluqa, issa dawn iz-zoni industrijali ghandhom ikunu aktar organizzati biex min qed jahdem fihom ikun mghejjun biex jahdem ahjar u min jersaq biex jixtri min dawn iz-zoni industrijali jhoss li huwa diehel f’post organizzat u mhux mitluq.

Il-Gvern, kompla l-Onor. Edwin Vassallo, huwa mpenjat li jara li f’dawn iz-zoni industrjali tidhol l-ordni mehtiega biex dawn iz-zoni jservu ta’ post min fejn l-artigjan Malti, li qed jahdem fihom, ikun jista’ f’sigurtà jahdem bla xkiel u jzid il-bejgh tieghu.

Ghalhekk huwa mistenni li dawk li nhargitilhom enforcement notice jnaddfu l-skart li ngabar fl-open space u jaraw li ma jerghux jippermettu li fil-propjertà taghhom jerga’ jintefa l-iskart.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow