Left arrow Go Back

IMFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F’GĦAWDEX

PR1747
Date Icon 13/12/2002

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ppresediet l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar it-28 anniversarju ta’ Malta Repubblika. 

Iċ-ċerimonja ngħatat bidu mill-Banda tal-Pulizija illi akkumpanjat il-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria.  L-attivita` laħqet il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta’ nhar it-13 ta’ Diċembru 1974.  Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija eżegwiet programm mużikali illi wasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.  Wara, il-Banda tal-Pulizija eżegwiet marċ minn Pjazza Indipendenza sa Pjazza San Franġisk fejn akkumpanjat il-wasla tal-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco.   

Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta’ Malta, il-Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco taw riċeviment f’okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika ġewwa s-Swali ta’ l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow