Left arrow Go Back

KUMMENTI TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR. EDWIN VASSALLO DWAR IR-REGULATORY CONSTRAINTS ON SMEs LI ĠIE PPUBBLIKAT MILL-SMALL BUSINESS AND CRAFTS DIRECTORATE (S.B.U.)

PR1725
Date Icon 09/12/2002

Il-Gvern huwa impenjat li jnaqqas il-burokrazija li jiltaqa’ magħha s-self-employed u n-negozji żgħar u dan għaliex il-Gvern jimpurtah li s-self-employed imorrutajjeb fin-negozju tagħhom. Il-pubblikazzjoni ta’ rapport ieħor magħruf bħala "Regulartory Constraints on SME’S" li jkun ippubblikat darbtejn fis-sena mill-S.B.U. jikkonferma dan l-impenn.

Dawn kienu l-kummenti li bihom fetaħ id-diskors tiegħu is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, fil-konferenza stampa li fiha ngħatat kopja tar-Regulatory Constraints on SME’s lill-membri ta’ l-Istampa. Dan huwa dokument li jiġbor fih x’kienu l-mistoqsijiet li ghamlu individwi fil-kummerċ lil dan id-dipartiment u r-risposti li ngħataw jew l-azzjoni li ttieħdet. Huwa l-ħsieb li dan id-dokument għandu jiġi ċċirkulat fost l-imprendituri żgħar li jkunu nteressati li jirċevuh.

“L-impenn tal-Gvern kontra l-burokrazija ġie kkonfermat fl-aħħar żewġ Budgets fejn komplew l-inizjattivi biex tkompli tonqos il-burokrazija u l-ineffiċenza filwaqt li jagħti direzzjoni siewja lill-pajjiż biex jiggarantixxi żieda fl-attivita’ ekonomika. Messaġġ ewlieni tal-Ministru tal-Finanzi huwa kontra l-burokrazija żejda u dan kien ikkonfermat fl-aħħar budget."

F’dan l-isfond is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla qal li flimkien ma’ dan l-impenn li kull sena qed ikun imsaħħaħ permezz tal-budget, il-Gvern waqqaf dipartiment li bħala objettiv ewlieni għandu li jidentifika fejn ikunu ġew irrapurtati ineffiċenzi fis-servizz.

"Skond il-pjan ta’ ħidma ta’ l-Uffiċċju tiegħi, konna wegħdna li jkun ippubblikat rapport li jiġbor fih dawk l-ineffiċenzi u l-problemi li jkunu daħħlu għand dan id-Dipartiment. Illum qed niltaqgħu hawn biex proprju nwettqu din il-wegħda"

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo tkellem dwar liema huma l-akbar sfidi li qed jiltaqgħu magħhom in-negozji żgħar kif jidher mir-rapport. Huwa qal li wieħed jista’ jikkonkludi li hemm żewġ tipi ta’ sfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom sidien ta’ negozji:

  1. dawk li huma riżultat ta’ element ta’ burokrazija fejn l-S.B.U. jidher li kompla jirċievi diversi lmenti fuq il-proċess tal-ħruġ tal-permessi ta’ żvilupp mill-MEPA, mid-Dipartiment tal-VAT u l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ negozji issa mit-Trade Licensing Unit (T.L.U.). Fir-rigward tal-MEPA għaddejjin diskussjonijiet sabiex ċertu proċessi jkunu aktar simplifikati, dwar it-T.L.U. qed issir ħidma interna biex dan id-dipartiment isir aktar effiċenti filwaqt li dwar id-Dipartiment tal-VAT, il-miżuri li ġew imħabbra fl-aħħar budget għandhom iwasslu biex jgħinu jagħmlu s-sistema aktar effiċenti wkoll.
  2. dawk li huma riżultat ta’ element ta’ kompetizzjoni
  1. Biż-żieda fil-kompetizzjoni ġejja minn negozji ġodda li qed jinfetħu u minn dawk li qed ikabbru l-istabbiliment tagħhom. Dan l-ilment jikkonferma li l-attivita’ kummerċjali qed tiżdied. Dan jidher ukoll miż-żieda tal-liċenzji tan-negozji.
  2. l-profittabbilita’ fin-negozju mhix tkun għal kulħadd xorta iżda żgur li fuq livell ġenerali l-kummerċ żdied. Dan ifisser li l-bejgħ żdied fuq livell nazzjonali u konferma ta’ dan jidher miż-żieda fl-importazzjoni ta’ oġġetti għall-konsum. Dan ma jfissirxi li iż-żieda fil-bejgħ neċessarjament zdiedet f`kull negozju. Filwaqt li għandna negozji li rreġistraw żjieda fil-bejgħ, oħrajn qed inaqqsu.
  3. Tendenza li min jiftaħ negozju ġdid jiftaħ bl-istess ġeneru tan-negozju li diġa’ hemm oħrajn bħalu fejn il-kumment ġenerali li tisma’ huwa li negozji jarmaw għal xulxin. Immedjatament ukoll qegħdin naħdmu dwar din il-problema permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ Town Centre Management Committees magħmul mill-MEPA, il-Kunsill Lokali rispettiv u rappreżentanza ta’ l-istess settur kummerċjali fil-lokalita’. Permezz ta’ dan il-kumitat ser tkun tista’ tingħata informazzjoni u konsulenza lil min ikun jixtieq jiftaħ negozju ġdid fil-lokalita’.
  4. Nuqqas ta’ spazju industrjali għal min ikun irid jagħmel jew ikabbar l-attivita’ kummerċjali jew jipparkja l-vetturi kummerċjali tiegħu. Dwar dan il-punt, is-Segretarju Parlamentari qal li qiegħda ssir ħidma biex ikollna fis-suq 200 tomna ta’ art indentifikata biex fuqha jinbnew industrial parks."

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi qal li l-Gvern qiegħed b’saqajh ma’ l-art, konxju bil-problemi tas-self employed u qiegħed jaħdem dwarhom. Fuq kollox dan ir-rapport huwa riżultat ta’ konsultazzjoni pubblika kontinwa u tixhed li l-Gvern ħadem u ser ikompli jaħdem biex ikun kontinwament konxju ta’ l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom is-self-employed u n-negozji żgħar.

“Nafu x’inhuma l-isfidi u qed nieħdu l-miżuri kollha possibbli biex nirrispondu għal dawn l-isfidi. L-impenn tiegħi huwa li nbiddlu l-mentalita’ ta’ dawk li qed jaħdmu biex ikunu ta’ servizz u biex dawn jifhmu aktar il-ħtieġa li n-negozji żgħar f’pajjiżna ma jistgħux jitqiesu bħala negozji li fuqhom tista’ tgħabbi fuqu kull piż. Nemmen li l-implimentazzjoni ta’ politika imprenditorjali għandha tgħin biex f’dan il-pajjiż is-self employed u n-negozji żgħar ikunu trattati bl-istess mod bħal ma huma trattati self-employed u negozji żgħar li diġa’ jinsabu fil-pajjiżi ta’ l-U.E. Dan huwa l-impenn tal-Gvern li joffri l-istess għajnuna li qed joffru Gvernijiet oħra fl-U.E. Għalhekk il-proċess ta’ sħubija fl-U.E. għandu jgħin biex il-ġlieda kontra l-burokrazija tkun il-prijorita’ fil-ħidma tal-Gvern" temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow