DISKORS TA` L-ONOR. JOSEF BONNICI, MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, WAQT SEMINAR DWAR IL-PERSUNI B’DIZABILITÀ, ORGANIZZAT MILL-MALTA STATISTICS AUTHORITY - NATIONAL STATISTICS OFFICE, LASCARIS, VALLETTA - 6 TA` DICEMBRU 2002
Mr. Chairman, gheziez partecipanti, mistednin ohra,
Mizuri u decizjonijiet politici li ma jqisux is-socjeta` bhala familja wahda huma mizuri nieqsa mill-imhabba u r-rispett reciproku. F’pajjiz demokratiku, hu mehtieg li l-htigijiet ta` kull settur tas-socjeta` jkunu mharsa u li s-settur jinghata l-importanza li jisthoqqlu biex kull cittadin ikun jista` jghix hajja mhux anqas ta` sodisfazzjon minn dik ta` ohrajn madwaru.
Hu ghalhekk importanti li kull ippjanar serju ghandu jkun imsejjes fuq il-principju ta` solidarjeta` u jipprovdi dawk il-kundizzjonijiet necessarji biex kull wiehed u wahda minna jkun kapaci juri u jizviluppa l-kwalitajiet tajba li, ghalkemm differenti fid-daqs u l-kwalita` skond l-individwu, huma kollha u dejjem mehtiega ghas-socjeta.
Pajjizna dejjem emmen fl-individwu bhala l-bazi tal-familja u tas-socjeta` Maltija. Prova ta` dan huma d-diversi inizjattivi mehuda mill-Gvern u minn istituzzjonijiet ohra tul iz-zminijiet. Illum, l-Ufficju Nazzjonali ta` l-Istatistika qed jinghaqad mal-Kummissjoni tal-Persuni b’Dizabilita` biex juri t-twemmin tieghu f’inizjattivi favur dawn hutna u bhala appogg shih ghax-xoghol li qeghdha twettaq din il-Kummissjoni.
Dan is-seminar hu xiedha ta` dan l-interess u jien bhala Ministru li nirraprezenta Gvern li dejjem hadem favur l-inkluzjoni tal-persuni b’dizabilita` ma nistax ma nfahharx inizjattiva ta` din ix-xorta.
Bdejt dan id-diskors billi semmejt l-importanza ta` ppjanar serju. U ppjanar serju ma jistax isir jekk ma jkunx imsejjes fuq informazzjoni tal-htigijiet veri tal-persuni b’dizabilita`. Dawn il-htigijiet huma hafna u ta` natura diversa. L-ewwelnett hemm htigijiet ta` natura socjali u hawn hadd ma jista` jichad li l-Kummissjoni kienet il-mohh u l-forza biex twettqu diversi zviluppi f’dan il-qasam. Hemm imbghad htigijiet ta` natura ekonomika specjalment fil-qasam tax-xoghol u dawn ukoll jinhtiegu attenzjoni kontinwa.
Kull soluzzjoni trid tkun ibbazata fuq ricerka li taghti kwadru tas-sitwazzjoni reali u tal-htigiet legittimi tal-persuni b’dizabilita`. Illum ghandna informazzjoni hekk kif harget mir-ricerka li saret bhala parti mill-ahhar Labour Force Survey u hawn niehu gost ninnota li ghalkemm dan is-survey hu haga relattivament ricenti qed jintuza ghall-ghanijiet ohra barra dak primarju. Ghax ghalkemm dan is-survey hu intiz biex ikejjel in-numru ta` nies jahdmu u dawk qeghda, jista’ jintuza ghall-ghanijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu mal-familja li persuna b’dizabilita` hi membru integrali taghha.
Jien cert li din l-inizjattiva twettqet bi ftehim mal-Kummissjoni tal-Persuni b’Dizabilita` u naf ukoll li l-Kummissjoni wettqet ricerki ohra biex tghin jitfasslu mizuri siewja ghal dan is-settur tal-popolazzjoni. Nista’ nsemmi:
- Il-Programm ta` Edukazzjoni Kontinwa, Tahrig u Ricerka (PEKTUR) li ghandu bhala ghan li permezz ta’ fondi jghin ricerkaturi f’dan il-qasam.
- Qed tikkummissjona stharrig f’oqsma li l-Kummissjoni tikkunsidra bhala priorita` bhal imgieba difficli, u l-ispejjes li persuni b’dizabilita` iridu jhabbtu wicchom maghhom.
- Il-Kummissjoni flimkien ma` l-ETC qed tippjanja ricerka fil-qasam tax-xoghol.
Ta` min izid li xi snin ilu, il-Kummissjoni analizzat stharrig li kien sar permezz ta’ kwestjonarju li persuni b’dizabilita` ghamlu b’mod volontarju. Dan l-istharrig kien ippublikat u s-sena d-diehla ghandu jsir update ta` din l-informazzjoni.
Is-settur socjali hu wiehed vast u importanti ghax ghandu l-bniedem bhala pern baziku tieghu. Kull ippjanar ekonomiku ghandu jkun indirizzat biex jaqdi l-individwu, il-familja u s-socjeta`. Il-pajjiz dejjem zamm il-qasam tax-xoghol bhala l-ghan ewlieni ta` kull pjan ekonomiku u ghalkemm dawn il-pjani m’ghadhomx isiru f’Malta, kull Gvern ha diversi mizuri biex itejjeb il-qaghda ekonomika u socjali tal-persuni b’dizabilita`. Il-prezenza taghkom illum hi xiehda ta` dan. U aktar ma jkollna informazzjoni tas-sitwazzjoni tal-persuni b’dizabilita, aktar wiehed jista` jiehu dawk il-mizuri necessarji ta` vantagg u ta` htiega.
Ir-ricerka f’dan il-qasam m’hi monopolju ta` hadd. Hemm bzonn izda li ssir b’mod xjentifiku biex tkun ghodda utili u ta` min joqghod fuqha. Jiena nheggeg lill-Ghaqdiet li qed jahdmu fil-qasam socjali biex jiehdu inizjattivi ta` din ix-xorta, basta li x-xoghol isir sewwa u l-metodologija accettata. Jiena cert li l-Ufficcju Nazzjonali ta` l-Istatistika lest biex jghin u jaghti l-pariri mehtiega.
Waqt li nifrah il-Kummissjoni ghall-Persuni b-Dizabilita` ghax-xoghol ta` fejda li qed twettaq, nifrah ukoll lill-Ufficju Nazzjonali ta` l-Istatistika ta` din l-inizjattiva u nittama li minn zmien ghall-zmien jkompli jaghti aktar taghrif fil-qasam socjali.
Grazzi
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en