Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGĦA FIL-POLONJA TA’ L-GĦAXAR PAJJIŻI KANDIDATI LI MISTENNIJA JISSIEĦBU FL-UNJONI EWROPEA FIT-TKABBIR LI JMISS

PR1613
Date Icon 15/11/2002

Il-Prim Ministru illum ħalla Malta għall-Polonja fejn se jattendi għall-laqgħa li fiha se jieħdu sehem il-Kapijiet ta’ Gvern ta’ l-għaxar pajjiżi kandidati li mistennija jissieħbu fl-Unjoni Ewropea fit-tkabbir li jmiss.

Waqt il-laqgħa, se jiġu diskussi oqsma ta’ interess komuni tal-pajjiżi kandidati hekk kif jaslu fl-aħħar fażi n-negozjati għas-sħubija.

Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat miċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana u l-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon. Fil-Polonja, se jingħaqad mad-delegazzjoni l-Ambaxxatur Victor Camilleri.

Il-Prim Ministru mistenni jasal lura Malta tard illejla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow