Left arrow Go Back

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - SIĠĠIEWI

PR1610
Date Icon 15/11/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Siġġiewi minn nhar it-Tnejn 18 sa nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru, 2002. Ma jsirx tiġdid il-Ħadd 24 ta’ Novembru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Siġġiewi fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.

It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fis-Sala taċ-Ċentru taż-Żgħazagħ, Triq il-Ġdida. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Siġġiewi. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ntbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Il-Karta ta’ l-Identità l-ġdida tkun tista’ tiġi rtirata aktar ’l quddiem mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Siġġiewi u ser jinħareġ avviż għall-istampa u jidher avviż dwar dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow