Left arrow Go Back

Aktar xoghlijiet fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex

PR1602
Date Icon 14/11/2002

Il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor. Giovanna Debono żaret il-progett ta’ refurbishment li ghadu kemm inbeda fis-Swali Generali tan-Nisa u Irgiel ta’ l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. L-ispiża fuq dan il-progett hija stmata li ser tammonta ghal mawdar Lm60,000.

Dan huwa progett iehor mill-pjan ta’ hidma ntensiva li l-Ministeru ghal Ghawdex dahal ghalih f’dawn l-ahhar erba’ snin. Fl-Isptar Generali t’Ghawdex, s’issa saru xoghlijiet ta’ tkabbir, modernizzar u tisbih fid-Dipartiment ta l-Outpatients, fis-CCU, fl-Operating Theatre, fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza u bhalissa wasal lejn tmiemu, ix-xoghol fuq il-progett tas-Swali Anzjani Nisa. Dan, flimkien ma’ ghadd ta’ servizzi li gew introdotti ghall-ewwel darba f’Ghawdex matul dawn l-ahhar erba’ snin.

Dan il-progett ta’ tisbih fis-Swali Generali tan-Nisa u Irgiel qieghed jassigura li l-Ghawdxin ikollhom access ghal servizz tas-sahha f’ambjent attrezzat u modern. Dawn ix-xoghlijiet, li ghadhom kemm imbdew, ser jibdlu s-swali msemmija fi swali aktar komdi ghall-pazjenti li fil-futur ser jigu rikoverati fihom.

"Wahda mill-prioritajiet tal-Ministeru ghal Ghawdex hija is-servizz tas-sahha li l-istat joffri f’Ghawdex permezz ta’ l-Isptar Generali. Ghalhekk huwa bir-ragun li ahna naghtu mportanza kbira lill-bżonnijiet li jkun hemm fih kif ukoll li nippjanaw fit-tul. Dawn iż-żewg swali kienu ilhom ma jsir xoghol fihom minn meta inbnew madwar 30 sena ilu snin. Meta jitlesta x-xoghol, il-pazjenti li jigu fihom ser isibu jilqaghhom ambjent ferm iktar akkoljenti u li żgur jghin fil-process tal-fejqan,” qalet il-Ministru Debono meta żaret dawn ix-xoghlijiet.

Ir-refurbishment ta’ dawn is-Swali ser jinkludi fih it-tnehhija ta’ l-asbestos mis-soqfa kollha, tibjida tal-hitan kollha b’kuluri attraenti u addattati ghal swali ta’ sptar modern, tqeghid ta’ linoleum gdid fil-kuriduri, purtieri godda ghall-kmamar tal-pazjenti kollha, suffitti godda ghas-soqfa kollha, il-bdil tas-sanitary facilities kollha u tibdil strutturali f’xi kmamar specjalment fit-treatment rooms sabiex jitjieb is-servizz li jinghataw lill-pazjenti. Ser isir ukoll xoghol strutturali u attrezzar fil-kwartieri ta’ l-infermiera li jiehdu hsieb dawn is-swali sabiex dawn ikollhom ambjent li jghinhom jaghti servizz mill-ahjar.

Dawn ix-xoghljiet ghaddejjin b’rittmu mghaggel sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent kemm ghall-infermiera iżda fuq kollox ghall-pazjenti. Fil-fatt huwa mistenni li fil-gimghat li gejjin, f’dawn is-swali jkunu jistghu jergghu jiddahhlu l-pazjenti mill-gdid.

“B’hekk f’qasir żmien iżda b’efficjenza u bil-ghaqal inkunu wettaqna weghda ohra li ghamilna lill-poplu ta’ din il-gżira: dik li ntejbu is-servizz tas-sahha f’Ghawdex, biex kull min ikollu bżonn dan is-servizz jinqeda ahjar,” sostniet il-Ministru Debono, fi tmiem iż-żjara taghha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow