Materjal Edukattiv dwar il-Wirt kulturali għall-iskejjel kollha minn Din l-Art Ħelwa
Din l-Art Ħelwa ippreżentat numru ta' CD-Roms lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea biex jitqassmu fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.
Is-CD-Rom hu maħsub b'mod li l-istudenti jkunu jistgħu jivvjaġġaw tul is-snin ta' l-istorja ta' pajjiżna. Il-vjaġġ jibda minn żmien it-tempji u jispiċċa fi żmien l-Ingliżi.
Il-Ministru Louis Galea qal li x-xogħol li wettqet Din l-Art Ħelwa hu xogħol tajjeb, innovattiv u li żgur se jkun ta’ għajnuna għat-tfal ta' l-iskola, kif ukoll għal dawk kollha li għandhom interess. Il-Ministru qal li materjal bħal dan mhux biss jista jintuża fil-lezzjonijiet ta' l-istorja iżda wkoll b'mod aktar wiesgħa fil-lezzjonijiet ta' l-Ingliż tax-Xjenza u tal-Ġeografija. Hu qal li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se tara li dan il-materjal mhux biss jitqassam fl-iskejjel iżda li jiġi użat b'mod regolari u sal-massimu tiegħu biex it-tfal japprezzaw dejjem aktar il-wirt ta' l-akbar valur li għandna f'pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928