Shubija bejn il-Gvern u l-Privat f’inizjattiva ta’ tisbih tal-Pajjiz
Il-Prim Ministru, Dr. Eddie Fenech Adami, illum inawgura l-ewwel inizjattiva ta’ shubija bejn il-Gvern u l-Privat (Public Private Partnership).
Waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet l-Prim Ministru qal li kif kien habbar il-Ministru tal-Finanzi John Dalli fil-budget, intlahaq ftehim ta’ shubija bejn il-Gvern u l-Privat intiz sabiex isebbah il-pajjiz.
Wara process ta’ ghazla, il-Gvern iddecieda li l-konsorzju Environmental Landscapes Consortium Ltd., jiehu dan il-kuntratt.
Fil-31 ta’ Ottubru kienu ffirmati zewg ftehim, wiehed bejn l-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-Unions, li jirraprezentaw lill-haddiema fid-Dipartment ta’ l-Agrikoltura li jaqghu taht l-Urban Rural Landscape Section, u iehor bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Environmental Landscapes Consortium Ltd.
Permezz tal-ftehim milhuq, il-haddiema imsemmija, li b’kollox jilhqu madwar tliet mitt ruh u 25 haddiem tal-Kalaxlokk, ser ikunu kollha soggetti ghall-Management tal-Konsorzju.
Madankollu fl-istess hin, dawn il-haddiema ser jibqghu haddiema tal-Gvern bl-istess paga bazika kif ukoll bonus ta’ flessibilita’ ta’ mhux iktar minn ghaxra fil-mija tal-paga u bonus ta’ hmistax fil-mija ta’ l-ghaxra fil-mija msemmija, ibbazata fuq il-kwalita’ tax-xoghol.
Il-Prim Ministru qal li l-hsieb tal-Gvern huwa li dan l-esperiment ikun esperjenza pozittiva ta’ kif il-haddiema tal-Gvern jistghu jkunu iktar produttivi u li kemm jista’ jkun itejbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom.
Il-ftehim milhuq mal-Konsorzju ghandu terminu ta’ hames snin bl-ewwel sena tkun dik ta’ probation period fejn il-kuntratt jista’ jigi terminat jekk ix-xoghol imwettaq ma jkunx ghas-sodisfazzjon tal-Gvern. Ghal dan il-ghan twaqqaf ukoll Bord ta’ Monitoragg li ser jinkludi ufficjali u esperti mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura. Dan ser ikun inkarigat mis-supervizjoni tax-xoghol li jsir u ser ikun responsabbli mit-twettiq ta’ l-obligazzjonijiet kuntrattwali.
Il-Konsorzju, Environmental Landscapes Consortium Ltd., ser ikun responsabbli tal-immaniggjar, l-ippjanar u t-tisbih ta’ art pubblika, fl-ibliet u l-irhula ta’ Malta. Dan jinkludi round abouts, centre strips, gonna pubblici, afforestazzjoni u postijiet ta’ rikrejazzjoni.
S’issa gew identifikati hames progetti magguri li ser jibdew minn kmieni s-sena d-diehla. Dawn ser jinkludu t-tibdil tal-wicc tal-hamrija, thawwil ta’ pjanti u sigar maturi, u armar ta’ sistemi ta’ irrigazzjoni fost ohrajn.
Filwaqt li awgura li l-Konsorzju jirnexxi fix-xoghol tieghu, il-Prim Ministru qal li jinsab fiducjuz li l-haddiema ser jghatu sehemhom biex dan l-esperiment jirnexxi u jkun ta’ vantagg ta’ kulhadd: ghalihom u ghall-Poplu Malti li ser igawdi minn dawn il-progetti.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928