Reġistrazzjoni ta’ art agrikola f’Għawdex
Il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u Sajd, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, qed iwettaq ezercizzju biex l-art kollha agrikola f’Għawdex (ta’ kull daqs) tkun registrata. Għal dan il-għan, kull persuna li qed taħdem xi art agrikola f’Għawdex (jew Malta), hija mitlub li tirregistra din l-art mad-Dipartiment. Dan is-serviz ser jinghata bla ħlas.
Ufficcjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ser ikunu fl-Iskola Primarja ta’ l-Gharb, Triq il-Vizitazzjoni, Gharb mit-Tnejn 11 ta’ Novembru, sal-Hadd, 24 ta’ Novembru 2002, fil-hinijiet imnizzla hawn taht:
Mit-Tnejn sal-Gimgha Mill-4.00 sas-7.30 ta’ filghaxija
Is-Sibt Mit-8.00 ta’ filghodu sal-4.00 ta’ wara nofsinhar
Il-Hadd Mit-8.00 ta’ filghodu sa nofsinhar
Kull min imur jirregistra l-art ghandhu jiehu mieghu l-Karta ta’ l-Identita’. Jekk ikollhom il-biljett tar-raba’, pjanta tar-raba’, jew xi dokumenti ohra relevanti ghall-art li dik il-persuna tkun qed tahdem, ghandha tehodhom maghha wkoll. Bdiewa li ma jkollhomx l-art taghhom irregistrata f’dan l-ezercizzju ta’ registrazzjoni jistghu ma jikkwalifikawx ghal skemi ta’ ghajnuna. Ser tinghata pjanta ta’ l-art li tinhadem bla hlas biex tinzamm bhala referenza ghal futur.
F’kaz ta’ diffikulta’ wiehed jista jikkomunika mas-sur Emanuel Terribile fuq 2156 5809 bejn it-8.00 ta’ filghodu sas-1.30 ta’ wara nofsinhar.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928