Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-KARNIVAL FL-IRHULA

PR1540
Date Icon 04/11/2002

Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor theggeg l-organizzazzjonijiet lokali biex fil-jiem tal-Karnival jigu organizzati attivitajiet karnivaleski fil-bliet u irhula madwar Malta.  Il-Kummissjoni theggeg li attivitajiet karnivaleski jsiru bejn nhar is-Sibt, 22 ta’ Frar 2003 u nhar it-Tlieta, 4 ta’ Marzu, 2003.  Il-Karnival fuq bazi Nazzjonali se jsir fil-Belt Valletta bejn nhar il-Gimgha, 27 ta’ Frar u t-Tlieta, 4 ta’ Marzu, 2003.

Ghal dan il-ghan il-Kummissjoni se taghti sussidju finanzjarju lil dawk l-organizzazzjonijiet li se jorganizzaw attivitajiet karnivaleski fil-belt jew rahal rispettiv.

L-attivitajiet li jkunu ntitolati ghal sussidju jridu jsiru fl-apert b’access liberu u minghajr hlas ghall-pubbliku in generali.  Barra minnhekk l-istess attivitajiet irridu jkunu fil-maggor parti taghhom marbuta ma’ l-aspett tradizzjonali u folkloristiku tal-Karnival Malti.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor qed tistieden ukoll ghaqdiet u organizzazzjonijiet lokali biex jipparteccipaw fl-attivitajiet nazzjonali tal-Karnival Malti fosthom fil-kukkanja u partecipazzjoni fl-isfilati permess ta’ ingenji jew karozzi dekorati.

Formoli ta’ l-applikazzjoni u kundizzjonijiet jistghu jinkisbu mill-Ufficcju tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, Kamra 109, Bini tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Floriana.

L-istess formoli jintlaqghu fl-istess ufficcju sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha 3 ta’ Jannar, 2003.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow