54 Inizjattiva dwar l-Implimentazzjoni tal-Politika IMprenditorjali taħt id-direzzjoni taċ-CHarter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, ħabbar 54 inizjattiva ġdida li jiffurmaw l-Programm ta' Ħidma tas-sena d-dieħla, intitolat "Lejn l-Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali fejn Int l-individwu fin-Negozju, tkun Prijorità". Huwa sostna li dawn l-inizjattivi ser jiġu fis-seħħ b'kordinazzjoni ma' Dipartimenti u Awtoritajiet f'Ministeri differenti, u huma lkoll riżultat ta' konsultazzjoni pubblika mas-settur kummerċjali.
Dawn l-inizjattivi huma lkoll ispirati miċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li joffri gwida fl-implimentazzjoni tal-Politika Imprenditorjali ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-pajjiżi li ser jissieħbu. Sabiex tgħin fl-implimentazzjoni ta' politika imprenditorjali, l-Unjoni Ewropea nediet il-Multiannual Programmegħan-Negozji u l-Imprenditorija (for Enterprise and Entrepreneurship) li jagħmel disponibbli 'l fuq minn 400 miljun Euro għan-negozji żgħar u medji u huwa programm ta' ħidma mimli b'inizjattivi u azzjonijiet biex jagħmlu l-ambjent kummerċjali fejn jaħdmu l-intrapriżi ta' l-Unjoni Ewropea l-aqwa wieħed fid-dinja.
L-inizjattivi tal-Multiannual Programme li ser jdħlu fis-seħħ fl-2003 jiffukaw fuq tlett oqsma prinċipali:
Aċċess għall-finanzi: Sensiela ta' inizjattivi u strumenti finanzjarji maħsuba biex jindirizzaw il-bżonn ta' Intrapriżi li jkunu jridu jibdew jaħdmu (startups) jew ikunu fl-istadju inizjali tagħhom jew li jkollhom bżonn investiment ġdid biex jikbru. Dawn l-inizjattivi huma mħaddma mill-European Investment Fund li qiegħdha tagħraf l-importanza kbira tan-negozji ż-żgħar fl-ekonomiji tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
Ċentri Ewropej ta' Informazzjoni (European Information Centres): Ristrutturar fl-operat ta' dawn iċ-ċentri fil-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu sabiex ikunu attrezzati biex jagħtu l-aħjar għajnuna u assistenza lin-negozji tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
Identifikazzjoni ta' l-aqwa prattiċi fis-servizz tal-Gvern u awtoritajiet governattivi lejn in-negozji żgħar: Skambju ta' informazzjoni, laqgħat, u esperti mis-settur governattiv u imprenditorjali tal-pajjiżi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea sabiex jagħtu pariri, jaqsmu l-esperjenzi u jagħtu assistenza f'diversi oqsma differenti tal-politika imprenditorjali.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar li bħala pajjiż li ser jissieħeb fl-Unjoni Ewropea, Malta ffirmat il-Memorandum of Understanding ma' l-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista' tibda tipparteċipa għall-ewwel darba f'dan il-programm. Pajjiżi li m’humiex ser jidħlu membri fl-Unjoni Ewropea m'humiex eliġibbli li jieħdu sehem u jibbenefikaw minn dan il-programm ta' ħidma li jaghmel disponibbli 'l fuq minn 400 miljun Euro, għat-titjib ta' l-ambjent kummerċjali u huwa mfassal biex joffri assistenza kemm finanzjarja kif ukoll teknika lin-negozji fil-pajjizi membri u dawk li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. B'hekk jekk Malta ma tkunx membru fl-Unjoni Ewropea, l-intrapriżi Maltin ikunu mċahhda minn kull għajnuna u mill-fondi li jagħmel disponibbli l-Multiannual Programme sabiex jinġieb fis-seħħ iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar li tiegħu Malta hija firmatarja.
Bl-istess mod, il-Pjan ta' Ħidma imniedi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo intitolat "Lejn l-Implimentazzjoni ta' Politika Imprenditorjali fejn Int l-individwu fin-Negozju tkun Prijorità" huwa wkoll immirat li jġib fis-seħħ il-prinċipji u l-linji ta' azzjoni li hemm fiċ-Charter Ewropew. Il-Pjan ta' Ħidma huwa sensiela ta' 54 inizjattiva li huma ggwidati miċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar u huma mfassla fuq konsultazzjoni pubblika estensiva dwar il-htigijiet ta' l-ambjent kummerċjali Malti. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jassigura li Malta tibbenefika minn kull għajnuna teknika u finanzjarja li joffri l-Multiannual Programme għan-Negozji u l-Imprenditorija sabiex jinġiebu fis-seħħ dawn l-inizjattivi
- L-organizzazzjoni tal-ħidma ta' l-Ismall Business and Crafts Unit.
- L-Uffiċċju ta' l-S.B.U. f'Għawdex.
- Jorganizzaw l-eżerċizzji ta' konsultazzjoni mas-setturi kummerċjali.
- Politika Kummerċjali fil-Komunità.
- Premju għall-Imprenditur fil-Komunità.
- Skema ta' għajnuna.
- Think Small First.
- Konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper fuq l-Entrepreneurship.
- Skema li permezz tagħha ngħinu liż-żgħażagħ mill-Università u mill-M.C.A.S.T. jibdew in-negozji tagħhom.
- It-Taħriġ fis-Snajja’.
- Taħriġ fl-Imprenditorija fl-M.C.A.S.T.
- Programm ta' taħriġ fl-Imprenditorija fl-Università.
- Programmi ta' taħriġ imfassla għal min għandu liċenzja tan-negozju u għal dawk li għad iridu japplikaw għal-liċenzja tan-negozju.
- Skemi ta' taħriġ għan-negozjanti ż-żgħar.
- Jissaħħaħ l-eżerċizzju ta' simplifikazzjoni fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju.
- Aktar spazju industrijali għad-dispożizzjoni ta' l l-intrapriżi ż-żgħar.
- Skema ta' l-I.P.S.E. li tgħin fil-ħlas tal-kiri ta' spazju industrijali.
- Il-prezz ta' l-Ilma mibjugħ mill-Water Services Corporation għall-manifattura.
- Emendi fil-liġi ta' amusement machines u tal-buskers.
- Isiru regolamenti ġodda li jirregolaw lil min qiegħed fin-negozju iżda ma għandux liċenzja tan-negozju.
- Parking fiċ-ċentru kummerċjali.
- L-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija.
- Vetturi kummerċjali ta’ self-employed żgħar.
- Inġibu fis-seħħ il-proċess ta' Regulatory Impact Assesment fuq legislazzjonijiet ġodda.
- Il-ġbir ta' kull statistika mill-oqsma kummerċjali għandu jsir permezz ta' formoli li huma iżjed business-friendly.
- Late payment provision.
- Jinbeda stħarriġ dwar liema regolamenti jistgħu jkunu eżentati minnhom in-negozji żgħar.
- Tkompli l-ħidma ta' kordinazzjoni mal-Malta Standards Authority.
- L-iskema ta' tindif u upgrading ta' żoni industrijali.
- Informazzjoni b'mod sempliċi u fil-qosor.
- Taħriġ għax-xogħol.
- Incubators għal nies li jibdew jaħdmu fis-snajja’.
- Kumitat ta' azzjoni biex żoni industrijali li ma jaqgħux taħt l-M.D.C.ikunu organizzati aħjar.
- L-użu tal-computer fin-negozju.
- Il-ħlas elettroniku - permezz ta' l-E-Government.
- Suq Virtwali.
- Negozji sostenibbli li jaħdmu fl-aħjar ċirkustanzi possibbli fejn l-istandards qed jintlaħqu u jkunu segwiti.
In-Negozji għandhom ikunu mgħejjuna jifhmu kif jistgħu jirbħu f'suq kompetittiv.
Il-proċeduri fis-sistemi tal-ġbir tal-VAT u t-taxxa għandhom ikunu sistemi "business friendly".
- Skemi li joffru inċentiv fiskali lil min qiegħed fin-negozju u għandu mpjegati jaħdmu miegħu.
- Inizjattivi finanzjarji għal negozji li ma jikkwalifikawx biex jiġu mgħejjuna mill-Business Promotion Act.
- Segwita l-ħidma tal-Banek, I-I.P.S.E. u l-M.D.C. biex ikun analizzat l-Aċċess Finanzjarju.
- Issir skema mill-I.P.S.E. għal dawk li ser jieħdu b'ċens mingħand l-M.D.C. spazju industrijali fil-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f'Ta' Qali.
- Ikunu mgħejjuna permezz tal-Business Promotion Act dawk li ser jiżviluppaw spazju industrijali fil-Micro-Enterprise Parks.
- Organizzazzjoni ta' sistema ta' credit rating lokali u credit insurance f'Pajjiżna.
Setturi ta' self-employed u negozji żgħar iħallsu rati ta' ħlas imnaqqsa meta jirreġistraw patents u trademarks.
- L-Innovazzjoni għandha tkun il-prijorità f'bidla ta' mentalità.
- Aktar imprendituri jagħrfu s-siwi ta' reġistrazzjoni ta' nnovazzjonijiet permezz ta' patents.
- Aktar informazzjoni dwar l-użu tal-web-sites.
- Setturi differenti ta' imprendituri li jiffurmaw assoċjazzjonijiet
- Skema ta' konsultazzjoni ta' l-S.B.U. ma' l-għaqdiet tan-negozju.
- Skema ta' konsultazzjoni permezz ta' l-Advisory Council
- Konferenza Nazzjonali bil-ħsieb li fiha jkun diskuss u analizzat l-implimentazzjoni taċ-Ċarter Ewropew għall-Intrapriżi ż-Żgħar.
- Klassifikazzjoni ta' kuntratturi.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kkonkluda billi qal li Malta diġà għandha r-rappreżentanti tagħha fil-Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Multiannual Programme. Huwa ħabbar ukoll liMalta ġiet mitluba tinnomina esperti mis-setturi kummerċjali u dawk Governattivi sabiex jieħdu sehem fid-diversi proġetti fi ħdan il-Multiannual Programme.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928