PUNTI MID-Diskors ta’ L-ONOR. Tonio Borg, Ministru TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, waqt l-ghoti ta’ certifikati ta’ in-service training LILL-Ufficjali tal-Probation
Illum iltqajna sabiex nuru l-apprezzament taghna ghall-interess li hadu dawn l-ufficjali tal-probation f’xogholhom, tant li segwew kors li gie organizzat mill-Istitut tal-Istudji Forensici fuq inizjattiva taghhom stess.
Fil-prezent, is-servizz tal-probation f’Malta huwa maghmul minn hames ufficjali tal-probation, jahdmu taht il-harsien ta’ zewg senior probation officers. Il-kazijiet dejjem jizdiedu ta’ dan l-ufficju, juru l-fiducja kbira li l-Qrati lokali ghandhom fis-servizz professjonali li qieghed jinghata.
Illum l-ufficcju tal-probation jissorvelja madwar 500 kaz. Id-domanda ghas-servizzi dejjem jizdied, b’hekk il-bzonn li nimpjegaw izjed ufficjali. Fil-futur qrib se nimpjegaw numru ta’ nies li spiccaw l-istudji taghhom fl-Università. Dawn se jkomplu jimlew in-nuqqas li bhalissa hemm fl-Ufficcju tal-probation. Barra minn hekk, f’Ottubru li gej, l-Istitut ta’ l-Istudji Forensici fi hdan l-Università ta’ Malta se jerga’ joffri d-Diploma fis-Servizzi tal-Probation biex dejjem isahhah dan is-servizz.
Is-Servizzi offruti mill-Ufficcju tal-Probation jinkludu:
- Rapporti ta’ qabel is-sentenza ghall-Qrati
- Supervizjoni ta’nies fuq plegg u
- Is-sorveljanza ta’ nies li qeghdin taht ordni ta’ probation jew li nghataw sentenza sospiza b’supervizjoni.
Il-provvediment ta’ dawn is-servizzi jirrekjedi xoghol ta’ responsabiltà kbira. Fil-fatt l-ufficali tal-probation ghandhom ir-responsabiltà li:
- Jipprovdu lill-Qrati b’informazzjoni u pariri fuq nies li nstabu hatja;
- Jimplementaw u fejn necessarju jiddisenjaw s-sentenzi li jigu mqabbda jsegwu mill-Qrati u
- Jahdmu flimkien ma’ servizzi u professjonisti ohra biex il-persuna taht is-sorveljanza taghhom ikollha l-ahjar servizzi biex tirriforma.
Ghalhekk l-ufficjal tal-probation ghandu rwol attiv fil-prevenzjoni ta’ aktar reati, fir-rijabilitazzjoni tal-kriminali u fil-harsien tal-gustizzja. Dan ir-rwol se jkompli jizdied meta tigi fis-sehh il-ligi l-gdida tal-probation. Din il-ligi taghti l-possibiltà li l-Qrati taghna jikkundannaw lin-nies ghal xoghol fil-komunità, b’hekk jassiguraw kemm ir-rijabilitazzjoni kif ukoll ir-rijintegrazzjoni tal-kriminali. Huwa minhabba dan li l-Gvern huwa deciz li jkompli jsahhah u jespandi dan is-servizz.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928