IL-PRIM MINISTRU JIBDA ŻJARA UFFIĊJALI FIR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA
Il-Prim Ministru għada jibda żjara uffiċjali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Waqt iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru ser ikollu laqgħa u taħdidiet mal-President Jiang Zemin kif ukoll mal-Premier Zhu Rongji.
F’Beijing, il-Prim Ministru ser jindirizza Business Forum li qed jiġi organizzat miċ-China Council for the Promotion of International Trade u li għalih ser jattendu industrijalisti Ċiniżi. Waqt dan il-Business Forum, ser tkun preżenti wkoll delegazzjoni ta’ industrijalisti Maltin flimkien ma rappreżentanti tal-METCO u l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. Din id-delegazzjoni qed iżżur iċ-Ċina bl-iskop li jitkattar l-investiment barrani Ċiniż f’Malta u jiżdied il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg. Fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ser jingħaqad mad-delegazzjoni l-Ambaxxatur Saviour Borg.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928