tifkira ta’ l-gĦarqa ta’ 23 persuna fil-bajja ta’ hondoq ir-rummien
L-għarqa ta’ 23 persuna li ġrat fit-30 ta’ Ottubru 1948 qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien tfakkret nhar il-Ħadd, b’ċerimonja ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fl-Imġarr ta’ Għawdex.
Din id-disgrazzja seħħet eżattament 54 sena ilu. Kien is-Sibt bil-lejl meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizjotti u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ, telqu mill-Marfa għal Għawdex, minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Meta waslu qrib Ħondoq ir-Rummien il-luzzu nqaleb, bil-konsegwenza li kienu biss erbgħa l-passiġġieri li rnexxielhom isalvaw, billi għamu sal-kosta.
Iċ-ċerimonja ta’ tifkira bdiet b’quddiesa, b’suffraġju għal dawk li għerqu u li ġiet ċelebrata minn Dun Żaren Tonna miż-Żurrieq, abbord il-vapur tal-Gozo Channel, li wassal lill-mistednin fuq il-post tad-diżgrazzja.
Fi tmiem il-quddiesa, il-mistednin tefgħu bukketti tal-ward eżattament fejn seħħet l-għarqa 54 sena ilu. Wara, tqegħdu iktar bukketti ta’ ward mill-Prim Ministru, l-Onor. Dr Eddie Fenech Adami, mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, is-Sur Anton Tabone, mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, miċ-Chairman tal-Kumitat Organizzativ Festi Nazzjonali fi ħdan il-Kunsill tal-Kultura (Għawdex), Vincent Grech, u mill-familjari tal-vittmi, ħdejn il-monument ta’ tifkira.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928