IL-PRIM MINISTRU JĦALLI MALTA GĦAL COPENHAGEN BIEX JATTENDI GĦALL-LAQGĦA TAL-PAJJIŻI KANDIDATI GĦALL-SĦUBIJA FL-UNJONI EWROPEA
PR1488
27/10/2002
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għad-Danimarka fejn ser jieħu sehem f’laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-pajjiżi kandidati għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Waqt din il-laqgħa, li ġiet imsejħa mill-Presidenza Daniża ta’ l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi kandidati ser jiġu nfurmati bir-riżultati tad-diskussjonijiet bejn il-Kapijiet ta’ l-Istati membri, li seħħew fi Brussell bejn l-24 u l-25 ta’ Ottubru 2002.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, miċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana u mill-Ambaxxaturi Victor Camilleri u Carmel Aquilina.
Il-Prim Ministru mistenni jitlaq minn Copenhagen għada biex jibda żjara uffiċjali fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928