GBIR TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjunarju Elettorali Principali jgharrfu lir-residenti ta’ Had-Dingli, Iklin, Kirkop, Pembroke, Qrendi, Ghasri u Xewkija, li kienu applikaw biex igeddu l-Karta ta’ l-Identita fic-Centru tal-lokalità taghhom f’Dicembru li ghadda, illi ghandhom jigbru l-karta ta’ l-identità l-gdida, billi jmorru fil-postijiet, granet u hinijiet kif gej:
Lokalita’ | Post minnn fejn isir il-gbir | Granet | Hinijiet |
Dingli | Ghassa tal-Pulizija | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Iklin | Centru Pastorali fi Pjazza Ninu Cremona | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Kirkop | Ghassa tal-Pulizija | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Pembroke | Centru Pastorali fi Triq Giorgio Mitrovich | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Qrendi | Ghassa tal-Pulizija | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Ghasri | Ghassa tal-Pulizija | 11 u 12 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Xewkija | Ghassa tal-Pulizija | 11,12 u 13 ta’ Frar 2002 | 8.00am - 12.30pm 1.30pm - 8.00pm |
Il-pubbliku huwa mgharraf illi sabiex tingabar il-Karta ta’ l-Identità l-gdida, trid tigi moghtija lura l-Karta ta’ l-Identità l-qadima. Mhux mehtieg li kulhadd imur jigbor il-Karta ta’ l-Identità l-gdida personalment, izda huwa importanti li min imur, irid ikollu aktar minn 18-il sena u jiehu mieghu l-Karta ta’ l-Identità tieghu u ta’ dawk il-persuni li jkun awtorizzat sabiex jigbor il-Karta ta’ l-Identità taghhom.
Dawk il-persuni li tilfu jew li kellhom il-Karta ta’ l-Identità taghhom b’xi mod distrutta, jew li jonqsu li jigbru l-Karta ta’ l-Identità taghhom fil-granet fuq imsemmija, jkunu jridu jigbru l-Karta ta’ l-Identità taghhom mill-Ufficcju Elettorali, il-Belt Valletta jew fil-kaz ta’ Ghawdex, mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identità, fir-Rabat, Ghawdex, minn nhar it-Tnejn, it-18 ta’ Frar 2002, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN