Left arrow Go Back

DISKORS TA’ MILL-ONOR. DR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT IL-KONFERENZA "WORKING ON STRESS" ORGANIZZATA MILL-Awtorita’ ghas-Sahha u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xoghol – SAN GILJAN – IT-TLIETA, 22 TA’ OTTUBRU 2002

PR1468
Date Icon 23/10/2002

Chairperson
Sinjuri

Qabel xejn nixtieq nirringrazzjakom ta’ l-istedina li ghamiltuli sabiex nikkonkludi din il-konferenza li tifforma parti minn katina ta’ inizjattivi li l-Awtorita’ ghas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xoghol qieghda twettaq taht l-umbrella tal-gimgha ewropeja ghas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xoghol.

Nixtieq nifrah lill-Awtorita’ tal-mod ta’ kif gie trattat suggett daqshekk kumpless bhar-realta’ ta’ stress fuq il-post tax-xoghol. Dan ghaliex, anki permezz ta’ l-isponsors ta’ din il-konferenza, jidher bic-car l-impenn li l-Awtorita’ qed taghmel sabiex tibni sinergija ma’ oqsma ohra ta’ l-operat tal-Gvern u mas-socjeta’ civili sabiex il-qasam tas-sahha u s-sigurta’ jiftah l-orizzonti u jitqies b’mod komprensiv, tali li jhares lejn il-hajja kollha tal-persuna u mhux biss f’dak li ghandu x’jaqsam max-xoghol.

Fl-istess waqt irrid nghid li xtaqt li l-presenza u l-partecipazzjoni tal-partijiet socjali tkun aktar tinhass. Huwa zgur posittiv il-fatt li f’diversi okkazjonijiet l-imsiehba socjali jesprimu ruhhom favur is-suggett madankollu nahseb li huma jistghu jidhlu fi shubija aktar effettiva ma’ l-Awtorita’ sabiex naghmlu dik il-qabza ta’ kwalita’ fil-kultura tax-xoghol li tezisti gewwa pajjizna.

Tghid x’tghid l-istatistika pubblika, anki meta din tesprimi tnaqqis fl-ammont ta’ incidenti fuq il-post tax-xoghol, bhala Ministru responsibbli minn dan il-qasam, inkompli ninsisti li ma rridux inserrhu rasna li wasalna. L-istatistika mhix qed turina l-istampa cara tar-rejalta’ ghal diversi ragunijiet, fosthom ghaliex numru kbir ta’ incidenti ma jigux rappurtati, kif wkoll ghaliex l-istatistika ma tkejjilx sitwazzjonijiet ta’ riskju jew nuqqas ta’ sahha (well-being) ikkawzat minn kundizzjonijiet hziena fuq il-post tax-xoghol. Ezempju tipiku huwa dak fejn jidhol l-istress, l-abbuz ta’ sustanzi, kundizzjonijiet ta’ sahha mentali u pressjonijiet ggenerati mill-inugwaljanzi, d-diskriminazzjoni jew il-vitimizzazzjoni. Huwa car daqs il-kristall, li s-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol ghada iffukata wisq fuq ir-riskji fizici milli fuq dawk psikologici u socjali. Huwa f’dan il-kuntest li nahseb li l-Awtorita’ ghandha l-isfida li tohloq gharfien, tikkonvinci u twassal il-messagg lic-cittadini u lill-partijiet socjali li l-harsien tas-sahha u s-sigurta’ trid thares b’mod wiesgha lejn ix-xoghol u l-persuna mhux bhala rejaltajiet izolati u ndipendenti minn xulxin, imma bhala kontinwu ta’ esperjenzi li fid-diversi aspetti taghhom jinfluenzaw il-hajja tal-persuna skond diversi fatturi.

Matul is-sena li ghaddiet, kulhadd seta jmiss b’idejh l-investiment li qed jaghmel il-Gvern fil-qasam tas-sahha u s-sigurta’. Ikolli nametti li l-isfida ghada hemm u ghadna ma ghelibnihiex minhabba diversi fatturi, fosthom id-diffikulta li noholqu kultura gdida li thares lejn ir-riskju bhala theddidha serja u mhux bhala sitwazzjoni li tista’ tittollera sakemm qed taghmel profit. Nishaq wkoll il-bzonn li jittiehdu aktar bis-serjeta’ l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet legislattivi f’dan il-qasam kemm mill-‘employers’ kif wkoll mill-haddiema.

L-ghaqdiet li jorganizzaw dawn is-setturi ghandhom lok ta’ hafna hidma siewja x’jaghmlu jekk jaghrfu jinvestu b’mod aktar impenjattiv u determinat f’dan il-qasam. Nemmen li anki fi hdan l-operat ta’ l-Awtorita’, il-partijiet socjali kollha inkluz r-raprezentanti tal-Gvern ghandhom jirrejalizzaw ir-rwol importanti li huma qed jaqdu f’Awtorita’ ta’ mportanza nazzjonali permezz ta’ impenn, tmexxija u kontribut kostruttiv sabiex dan il-qasam li jgorr mieghu konsensus nazzjonali prezzjuz ma’ jigix kompromess u mahkum minn interessi settorjali ta’ parti jew ohra.

Matul dan l-ahhar xahar hadt sehem f’diversi inizjattivi li ttiehdu minn organizzazzjonijiet differenti u li b’xi mod jew iehor trattaw is-suggett ta’ l-istress. Nahseb li dan huwa kollu frott ta’ l-gharfien gdid li hawn fis-sens li l-hajja li qed nghixu hija wahda li tipprezentalna diversi sfidi. L-istress fil-familja Maltija, l-istress bhala element negattiv ghas-sahha mentali, u l-istress fid-dinja tax-xoghol huma suggetti li ghandhom relazzjoni intima bejniethom peress li kull aspett tal-hajja ta’ persuna facilment jinfluenza fuq aspetti ohrajn. Fil-kaz tax-xoghol, l-istress kemm dak ikkawzat minn fatturi relatati max-xoghol, kif wkoll dak li jkun mahluq minn sitwazzjonijiet ohrajn barra mix-xoghol, jista jkollu effetti negattivi fuq il-produttivita’ tal-persuna, filwaqt li jesponi lil l-istess persuna ghal riskji fizici.

Ma nahsibx li dawn huma konsiderazzjonijiet godda ghalina. Ninsab cert li ddiskutejtuhom matul il-gurnata ta’ llum. Pero nemmen li ghandi nirrepeti l-ovvju ghas-semplici raguni li nixtieq li intom flimkien bhala partijiet involuti f’setturi differenti (abbuz ta’ sustanzi, sahha mentali, harsien tal-familja u employers) tissiehbu flimkien sabiex toholqu qafas ta’ linji gwida li jistghu jghinu lill-Gvern sabiex il-politika tieghu li fassal f’dan il-qasam tkun tista’ titwettaq b’mod komprensiv biex jigi assigurat il-harsien u l-izvilupp shih tal-persuna fil-hajja ekonomika u socjali tal-pajjiz u l-komunitajiet taghna.

Anki fil-qasam ta’ servizzi ta’ appogg, importanti li nintegraw dawk is-servizzi ta’ appogg ghall-impjiegati sabiex ma’ nidduplikawx ir-rizorsi u filwaqt li noffru servizzi ahjar u aktar iffukati b’bazi soda li thares lejn l-aspetti differenti. F’dan is-sens forsi jkun tajjeb li kieku intom flimkien tfasslu servizzi apposta li jintegraw l-appogg tas-setturi kollha. B’dan il-mod inkunu qieghdin niggarantixxu li nolqtu kull rokna tal-hajja ta’ l-impjegat f’cirkostanzi vulnerabbli tal-hajja tieghu jew taghha.

Sabiex naghlaq, nixtieq pubblikament nirringrazzja lill-Awtorita’ ta’ l-inizjattivi pozittivi li qed jittiehdu anki permezz ta’ l-ghajnuna li l-Gvern qed jiehu mill-organizzazzjonijiet rispettivi gewwa l-Ingilterra u l-Irlanda permezz ta’ fondi moghtija mill-Unjoni Ewropeja. Ninsab cert li l-poplu Malti qed jirrejalizza l-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam u l-holqien ta’ l-Awtorita’ kien pass decisiv u importanti fl-istrategija tal-Gvern sabiex jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-hajja tal-haddiem Malti. Jonqos issa li jkun hemm aktar shubija minn naha ta’ kulhadd. Nemmen li l-haddiem Malti ghandu hafna x’jirbah jekk ilkoll flimkien nahdmu b’mod ko-ordinat u armonizzat. Cert li naslu, imma nhoss il-bzonn li ntenni l-bzonn li kulhadd jerfa’ r-responsabbiltajiet tieghu.

Grazzi u Prosit!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow