GVERN 1998-2003 "SERJETÀ"
Serjetà fl-Amministrazzjoni
"Is-serhan il-mohh hafna drabi ma jkunx apprezzat bizzejjed. Madankollu huwa htiega bazika ghall-hajja ta' kwalità tajba. Dan ghaliex, bhala individwi, nistghu nsibu l-milja taghna w l-paci fina nfusna - kif ukoll nistghanew bhala nazzjon - meta madwarna nhossu li hemm socjetà li tiggarantixxi s-sigurtà, is-serenità, u li hija organizzata tajjeb." Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi waqt konferenza stampa li ffukat fuq il-hidma tal-Gvern fl-oqsma tas-servizzi u amministrazzjoni f'livell lokali u nazzjonali. "Din hija r-raguni l-ghala dan il-Gvern ha hsieb u indirizza, b'mod serju, il-fatturi kollha li fuqhom jiddependu s-serhan il-mohh u s-sigurtà tal-poplu." Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Josef Bonnici, mill-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, Tonio Borg, u mill-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt.
Socjetà Gusta u Mmexxija tajjeb
Kullhadd japprezza socjetà li fiha jkun hemm serhan il-mohh, sigurtà u li tkun immexxija tajjeb. Biex il-poplu Malti jkollu dak l-ambjent socjali li jixraqlu, il-Gvern hadem biex il-Pulizija tharrax il-glieda kontra l-kriminalità. Il-Korp tal-Pulizija gie msahhah wara li zdied ir-reklutagg kemm ta’ l-ufficjali kif ukoll tal-kuntistabbli, b'kundizzjonijiet ta' ingagg godda u aktar stretti. Wara waqfa ta’ tliet snin, fl-ahhar erba’ snin dahlu 235 pulizija gdid fil-Korp. Il-pulizija godda huma kollha kkwalifikati wara li dan il-Gvern zied ir-rekwiziti minimi ghal min japplika biex jissieheb fil-Korp. Il-Gvern, b’serjetà u responsabbilità, kabbar bil-kbir in-nefqa tal-Pulizija. Fl-ahhar erba snin, il-Pulizija nghatat madwar Lm67.5 miljun lira f’pagi, sahra u allowences biex tkun tista’ taqdi d-dmirijiet taghha b’mod efficjenti u effettiv. Fl-istess waqt, il-Gvern baqa’ jadotta linja iebsa kontra min jikser il-ligi ikun min ikun.
Is-serhan tal-mohh tal-Maltin qed jizdied billi zdiedet ukoll il-prezenza tal-pulizija fil-lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex u nholqu patrols mal-bajjiet u f’zoni turistici matul ix-xhur tas-Sajf. Fid-Depot tal-Pulizija nfetah kumpless amministrattiv gdid li sewa madwar Lm1 miljunu nbnew jew gew modernizzati aktar minn ghoxrin ghassa bhal ta’ l-Imdina, Mtarfa, Birkirkara, Zejtun, Sliema u Bormla. Ghar-ristrutturar u l-immodernizzar ta’ l-ghases, matul din is-sena biss, il-Gvern ivvota Lm180,000. Dan minbarra li fl-1999 intefqet is-somma ta’ Lm80,000 biex tinbena ghassa kompletament gdida fil-Belt Valletta. Il-Pulizija stess illum jistghu jahdmu f’ambjent xieraq li jirrifletti x-xoghol importanti li jwettqu. Il-Gvern zied il-vot kapitali tal-Pulizija b’erbghin fil-mija u fl-ahhar erba’ snin intefqu madwar Lm2 miljun lira f’xiri ta’ apparat li kien jinkludi makna li tqabbel il-marki tas-swaba b’mod awtomatiku, sistema li biha l-Pulizija tkun taf fejn huma l-vetturi taghha f’kull hin tal-gurnata, security cameras,bullet proof vests, vetturi godda u taghmir iehor.
Il-Gvern iqis li d-droga hija l-akbar ghadu tal-familji taghna. Ghalhekk ghadda ligi dwar is-Servizzi tas-Sigurtà (li l-Gvern precedenti kien beda jippjana biex inehhiha) li fiha inkorpora l-Unit Nazzjonali ta’ l-Intelligence dwar id-Droga. Flimkien mal-Pulizija u l-forzi l-ohra ta’ l-ordni qeghdin ta’ kull jum jinkisbu rizultati nkoragganti f’din il-glieda b’rekords li nkisru f’qabdiet ta’ droga, arresti u persuni li ttellghu l-Qorti.
L-Agenzija Sedqa ffukat il-programmi ta' prevenzjoni fuq dawk li l-aktar jinsabu f'riskju li jinhakmu mid-droga. Sedqa kompliet tissahhah billi ngaggat maghha persuni specjalizzati ghal dan il-programm. Bdiet ukoll servizz gdid ghal dawk il-persuni li huma suxxettibbli ghall-vizzju tal-loghob ta' flus.
Il-Maltin il-lum ghandhom access aktar malajr ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja. Dan grazzi ghal titijib kontinwu li sar u qed ikompli jsir fil-Qrati tal-Gustizzja, kemm dawk civili kif ukoll kriminali. F'dawn il-Qrati saru riformi amministrattivi u kien hemm titijib sinifikanti fil-facilitajiet.
Protezzjoni
Dawk li jsibu ruhhom fil-periklu jew f'sitwazzjonijiet ta' emergenza llum jircievu assistenza kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bahar, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Illum, dan id-Dipartiment ihaddan fih aktar persuni mharrga tajjeb u kiseb apparat li jiswa aktar minn Lm 7 miljun. Dan jinkludi madwar tletin fire-engine godda, erba’ lanec mghammra ghat-tifi tan-nar u salvatagg fuq il-bahar u apparat sofistikat ghall-gbir taz-zejt mill-bahar. Hemm ukoll fire stations godda.
Il-Forzi Armati wkoll raw titjib sostanzjali fic-centru tal-kmand centrali u komunikazzjoni. Dan ser jghinhom biex jaghtu sehem dejjem aktar effettiv biex tinzamm is-sigurtà esterna u l-integrità tal-Gzejjer Maltin kemm fi zmien ta' paci kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' krizi.
Kunsilli Lokali
Il-Poplu Malti illum qed igawdi minn ambjent ta’ serhan il-mohh anki fuq livell lokali. Il-Gvern sahhah il-Kunsilli Lokali għax jemmen fihom. Fl-ahhar erba’ snin, il-Gvern dejjem kabbar in-nefqa tal-Kunsilli Lokali biex ikunu jistghu jaqghdu d-dmirijiet taghhom b’mod aktar efficjenti u effettiv. Din is-sena l-allokazzjoni finanzjarja kompliet tiżdied u lahqet ’il fuq minn Lm10.5 miljun. Fl-istess waqt, illum, il-Kunsilli Lokali jistghu jsahhu l-lokalità taghhom b’mod aktar dirett billi qed imexxu propjetajiet, fosthom libreriji u faċilitajiet sportivi, u nghataw responsabilitajiet akbar bhad-dawl tat-toroq.
Aktar decizjonijiet li jolqtu lilna fil hajja ta’ kuljum taghna qed jittiehdu fil-lokalità taghna stess – din hija serjetà.
Servizzi f' Epoka Gdida
Minbarra li qed jizgura l-htigiet immedjati, il-Gvern qed jippjana biex il-Maltin ikunu jistghu jkomplu jgawdu kwalità ta' hajja ahjar anki fil-futur billi jsir l-aqwa uzu mill-izviluppi teknologici. Illum il-Maltin qed isiru iktar ezigenti. Kullhadd jeħtieg servizz effiċjenti bla telf ta’ zmien. Għallhekk il-Gvern beda jimplimenta l-eGovernment, il-provediment ta’ servizzi tal-Gvern fi kwalunkwe hin, 24 siegha kuljum permezz ta’ l-internet. B’hekk, il-kwalità tal-hajja tal-Maltin ser tkompli titjieb bl-uzu tat-teknologija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni (ICT).
Serjetà fl-ekonomija
Fl-ahhar erba’ snin il-Gvern imbarka fuq Politika Industrijali biex jizdied l-investiment f’pajjizna u jitkattru aktar opportunitajiet ta’ xoghol ghall-Maltin u l-Ghawdxin. Il-Gvern hadem fuq pjan u strategija kif ghandu jkun adottat it-tkattir u l-Izvilupp Industrijali ta’ pajjizna. L-Att dwar l-Izvilupp Industrijali ta’ spinta ’l quddiem lill-ekonomija ta’ pajjizna b’diversi kumpaniji jiddecidu li jinvestu f’Malta jew jespandu l-operat taghhom wara li bbenefikaw mill-vantaggi li joffri dan l-Att. Sabiex jizdied l-investiment dirett barrani l-Gvern ha l-inizjattiva li jwaqqaf il-Malta Enterprise, bil-ghan li l-funzjoni ta’ l-MDC, il-METCO u l-IPSE jkunu nkorporati flimkien biex titkattar attività gdida u ecitanti ghal futur ta’ pajjizna.
Kompla r-ristrutturar ta’ l-industrija lokali biex din tinghata d-direzzjoni u l-ghajnuna mehtiega biex tirristruttura u timmodernizza ruha. Aspett krucjali ta’ din il-hidma huwa l-process tat-tnehhija tal-levies li, filwaqt li minn dejjem kienu ta’ piz fuq il-konsumatur, maz-zmien spiccaw biex honqu t-trasformazzjoni mehtiega fl-industrija lokali. Tul din is-sena komplew jizzarmaw il-levies fuq prodotti industrijali li ser ikunu tnehhew kompletament sa Jannar 2003.
Bis-serjetà
Id-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, kkonkluda: ‘Il-Gvern huwa qrib u jifhem il-htigijiet tal-poplu. Fl-istess waqt, ahna ngharfu l-karattru kompatt u, kumpless tas-socjetà Maltija. Ghaldaqstant, zgurajna li l-oqsma kollha li jikkontribwixxu biex il-poplu jkollu s-serhan il-mohh, il-harsien u s-sigurtà - kemm f'livell lokali u nazzjonali - jkunu indirizzati sew u bis-serjetà.
Rapporti Ministerjali
Rapporti aktar dettaljati dwar il-hidma u l-kisbiet ta' kull Ministeru tul ir-raba' sena ta' dan il-Gvern, 2001/2002, jinsabu fuq www.doi.gov.mt
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928