SAHHAHNA PAJJIZNA BIEX INT TGHIX AHJAR - IL-PROSPERITA
Ir-Rotta tal-Prosperita
"Il-Gvern sodisfatt li, b'rizultat ta' ghadd ta' mizuri realistici u prudenti li ha f'dawn l-ahhar erba' snin, is-sitwazzjoni finanzjarja mwergha li kien qed jiffaccja pajjizna, kienu indirizzati u l-Maltin l-lum jistghu jharsu 'l quddiem lejn aktar prosperita b’livell ta’ hajja ahjar." Dan habbru l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, waqt harsa lejn il-hidma tal-Gvern fil-qasam ekonomiku matul l-ahhar erba' snin.
Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru tal-Finanzi, John Dalli. Huwa qal: "l-ekonomija ta' pajjiz hija kumplessa u biex tinkiseb bidla fil-mod ta' kif kienu sejrin l-affarijiet jehtieg li jkun hemm sens car ta' direzzjoni, jittiehdu decizzjonijiet iebsin, u ssir hidma ko-ordinata u impenn shih minn kulhadd. L-ekonomija ta' kwalunkwe pajjiz, tintlaqat ukoll minn numru ta' kundizzjonijiet esterni. Fil-kaz ta' Malta, ghalkemm ghad fadlilna x'naqdfu, minghajr dubju li hrigna minn perjodu difficli w issa qbadna r-rotta t-tajba. L-izbilanc u d-dejn tal-Gvern issa qed jigu kkontrollati, l-ekonomija taghna qed turi sinjali ta' tkabbir u d-dhul medju qed jizdied."
Pjan ta' Sitt Snin
Il-kwistjoni tad-dejn tal-Gvern, u l-implikazzjoni tal-hlas tat-taxxi li din iggib maghha, kienet hassbet lil hafna. Li nergghu nistabbilixxu l-istabilita' ekonomika u li nfasslu hidma biex nergghu naqbdu r-rotta tal-prosperita' kienu komponent essenzjali tal-mira tal-Gvern biex iwassal ghal kwalita' ta' hajja ahjar ghall-Maltin kollha. Biex dan jinkiseb, fl-1999 tfassal pjan fit-tul ta' sitt snin biex inaqqas id-dejn tal-Gvern u jikkontrolla l-izbilanc. Dan il-pjan qed jaghti l-frott.
Niksbu Rizultati Tangibbli
B'rizultat tal-politika addottata mill-Gvern, huwa stmat li d-dejn nazzjonali se jkun qrib tal-mira ta' 60% tal- Prodott Gross Domestiku (GDP), kif stabbilit mill-Gvern fil-pjan ta' sitt snin.
Kien hemm progress ukoll biex jitnaqqas l-izbilanc. Sa l-ahhar ta' l-2002 huwa stmat li dan ser ikun fil-livell ta' 4.6% tal-GDP – qrib hafna tal-livell immirat mill-Gvern. Dan l-izbilanc kien lahaq 12% tal-GDP fl-1998.
Ir-rizultati ekonomici ta' l-ewwel kwart tas-sena 2002 juru li l-ekonomija tal-pajjiz qed tikber b’mod reali. Il-Prodott Gross Domestiku lahaq Lm399 miljun – zieda ta' Lm11.4 miljun meta mqabbel ma' l-istess kwart tas-sena l-ohra. Dan ifisser tkabbir ta' 1.4% f'termini reali. Sa l-ahhar ta’ din is-sena, l-GDP huwa mistenni jitla sa Lm1700 miljun minn Lm1200 fl-1996 – zieda ta’ Lm500 miljun.
Fl-istess perijodu, il-Prodott Gross Nazzjonali (GNP) lahaq Lm 412.5 miljun, zieda ta' Lm14-il miljun, meta mqabbel ma' l-istess kwart tas-sena l-ohra. Dan ifisser tkabbir ta’ 2.8% f'termini reali.
Il-medja tad-dhul ras ghal ras tal-haddiema f'Malta wkoll qed tizdied b'ritmu tajjeb - huwa stmat li dan id-dhul zdied b’ Lm 18 fil-gimgha fl- ahhar erba’ snin.
Servizzi li jitwasslu b'mod ekonomiku u efficjenti
Inbeda programm estensiv biex jikkontrolla l-ispejjez tad-Dipartimenti tal-Gvern. Hemm pjani ohra li qed jitwettqu biex jimplimentaw ezercizzji ta' benchmarking li ser iwasslu ghal efficjenza akbar. Ir-rwol ta' l-Ufficcju tar-Revizzjoni l-gdid ghandu jghin mhux ftit biex tinkiseb l-ikbar efficjenza mill-ispejjez li jkunu mehtiega li jsiru.
Irridu noholqu Tarzna vijabbli
Li tinkiseb vijabbilta' ghat-Tarzna hija parti mill-pjan ekonomiku tal-Gvern. Il-miri stabbiliti fl-2001 skond skema ta' irtirar kmieni mix-xoghol intlahqu, u dan ifisser inqas hrug ta' sussidji fil-futur.
Strategija ghall-Privatizazzjoni
Il-poplu Malti ser jibbenefika minn ekonomija aktar moderna u liberalizzata. Il-process ta' privatizazzjoni totali u parzjali ta' certi kumpanniji ser iwassal biex ikollna ekonomija gdida – u fuq kollox ser jikkontribwixxi biex ikompli jitnaqqas id-dejn tal-Gvern.
Biex nizguraw li pajjizna jinnegozja l-aqwa ftehim possibbli jiehu z-zmien, u dan jghodd aktar meta wiehed jikkunsidra li l-ekonomija dinjija ghaddejja minn perjodu difficli. Minkejja dan, kellna numru ta' sucessi bil-privatizazzjoni tal-Mid-Med Bank, tal-Maltapost u ta' l-MIA. In-negozjati dwar il-Port Hieles issa regghu bdew u dalwaqt ser inhabbru l-progress li ghamilna dwar il-Lottu Pubbbliku. Il-Gvern ghaddej bil-process u dalwaqt ser johrog sejha ghal min huwa interessat fil-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC).
Progetti
Numru ta' progetti ewlenin, li l-Gvern qed u ser ikompli jappoggjahom u jinkuraggihom, bhalma huma dawk ta' Tigne’ u Manoel Island, tal-Kottonera, u tal-Valletta Cruise Liner terminal, se jkomplu jtejjbu l-infrastruttura ekonomika tal-pajjiz. Ir-ritmu li qabdu dawn il-progetti mhux biss ser iwasslu biex fihom infushom ikunu progetti vijabbli ghal Malta, izda ser iservu wkoll biex ikunu sors ta' impjiegi vijabbli ghal bosta snin.
Inkattru Klima ta' Fiducja
Huwa mistenni li t-tkabbir ekonomiku ghandu jkompli jirkupra fl-ahhar kwart ta' din is-sena, b'rizultat ta' zieda fl-esportazzjoni fis-settur tal-manifattura. Kumpanniji lokali, fil-fatt, qed janticipaw ordnijiet akbar ghall-esportazzjoni u ser tizdied il-possibilta' ta' aktar opportunitajiet ta' xoghol f'dawn il-kumpanniji, kemm il-darba l-kundizzjonijiet f'pajjizi li lejhom nesportaw ikomplu jitjiebu kif qed jigri bhalissa. Dan se jkollu effett pozittiv ukoll fuq il-kumpanniji li jipproducu ghas-suq Malti.
‘Ghalkemm il-Gvern jistabbilixxi l-parametri tal-prosperita' ekonomika, kull min hu involut fl-ekonomija ta sehem biex tinkiseb il-bidla mehtiega. Fl-ahhar mill-ahhar, wara ir-ritmu ekonomiku ta’ pajjizna hemm il-klima ta' fiducja li rega gie mkattar fost il-poplu Malti. Dan it-tkattir ta’ fiducja x'aktarx huwa wiehed mill-akbar kisbiet ta' dan il-Gvern,’ qal l-Ministru Dalli.
Ir-Rizultati tal-Hidma
Il-Vici Prim Ministru tenna: ‘Huwa car li x-xoghol siewi kollu li twettaq tul dawn l-ahhar erba snin hallew r-rizultati. Il-Maltin il-lum jistghu jharsu lejn futur li fih ser igawdu mill-beneficcji ta' ekonomija li ser tohloq aktar prosperita'. Meta nharsu 'l quddiem, huwa importanti hafna li nibzghu ghal din il-prosperita' ekonomika, u nkattruha halli ngawdu minnha fiz-zmien li gej," kkonkluda Dr Gonzi.
Rapporti Ministerjali
Rapporti aktar dettaljati dwar il-hidma u l-kisbiet ta' kull Ministeru tul ir-raba' sena ta' dan il-Gvern, 2001/2002, jinsabu fuq www.doi.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926