STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT U L-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Hamadi Bouahia, it-Tuneżin suspettat b’assoċjazzjoni mal-grupp terrorista Al Qaeda, għażel li jiġi mgħoddi lill-awtoritajiet Taljani wara talba għall-arrest għall-eventwalita ta’ estradizzjoni mill-Interpol Taljana. Din it-talba saret nhar l-10 ta’ Ottubru, 2002.
Hamadi Bouhaia kien arrestat mill-Pulizija Maltija immexxija mill-Assistant Kummissarju Andrew Seychell, l-ispetturi Neville Xuereb, Chris Pullicino u Jeffrey Azzoppardi, f’ Paceville nhar il-Ħamis.
L-Uffccju tal-Avukat Ġenerali, permezz tad-deputat Avukat Ġenerali Silvio Camilleri u l-Avukat Donatella Frendo Dimech, li kienu responsabbli mill-każ, għamel talba għall-arrest proviżorju f’termini ta’ Sezzjoni 14 ta’l-Att dwar l-Estradizzjoni.
Il-Qorti, ppresduta mill-Maġistrat Giovanni Grixti laqgħet din it-talba, u wara li ħareġ il-mandat, issoktaw l-investigazzjoniet u l-interrogazzjonijiet mill-Ispettur Neville Xuereb.
Bouahia dalgħodu fil-preżenza tal-Assistant Kummissarju Andrew Seychell u l-ispettur Neville Xuereb u Dr. Frendo Dimech, għamel dikjarazzjoni ġuramentata, u għażel li jiġi mgħoddi lill-aworitajiet Taljani wara li ġie mfiehem b’mod dettaljat, l-akkużi kollha li ser jiffaċja fl-Italja. Dawn jinkludu falsifikazzjoni ta’ dokumenti, li rċieva oġġetti misruqa, u assoċjazzjoni ma organizzazzjonijiet terroristiċi.
Huwa ħalla Malta illum fis-1.30pm.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926