Inawgurata sala tal-medicina li ssemmiet għan-Nursing Officer Rita Grima
Illum, 11 ta’ Ottubru 2002, fil-preżenza tal-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Dr. Louis Deguara, is-Sur Jesmond Sharples - Direttur tan-Nursing Services, Dr. Frank Bartolo - Amministratur Mediku ta’ l-Isptar San Luqa, is-Sur Rudolph Cini - President tal-MUMN u Dr.Carmelo Grima LL.D., għall-familja Grima, giet inawgurata s-Sala tal-Medicina (M6) fejn din issemmiet għan-Nursing Officer Rita Grima.
F’din is-sala, n-Nursing Officer Rita Grima ħadmet fl-aħħar snin ta’ ħajjitha qabel ma’ mietet fl-eta` ta’ 45 sena.
Rita Grima kienet infermiera eżemplari li tat iktar minn għoxrin sena servizz lill-pazjenti fl-Isptar San Luqa. Fost id-dipartimenti li ħadmet fihom kien hemm l-ITU u s-Swali M3 u M6. Rita Grima dejjem kienet ufficcjal pubbliku li qdiet id-doveri taghha bi tbissima u b’dedikazzjoni kbira mal-pazjenti u għalhekk kien xieraq li din is-sala tissemma għaliha, b’tifkira tagħha.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926