Reġistrazzjoni ta’ Art Agrikola f’gĦawdex
Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, jerga’ jfakkar li qed isir eżerċizzju biex l-art kollha Agrikola f’Għawdex (ta’ kull daqs) tkun reġistrata.
Għal dan il-għan, dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaħdmu xi art agrikola f’Għawdex (jew f’Malta), dawn qed jintalbu biex jirreġistraw din l-art mad-Dipartiment. Dan is-servizz qed jingħata BLA ĦLAS.
Uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ser ikunu fl-Iskola Primarja taż-Żebbuġ, Triq Ġoma, Żebbuġ, sa nhar il-Ħadd, 20 t’Ottubru 2002, fil-ħinijiet t’hawn taħt:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mis-6.00 sat-8.00 ta’ filgħaxija
Is-Sibt: Mit-8.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar u
Mill-5.00 sat-8.00 ta’ filgħaxija
Il-Ħadd: Mit-8.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar
Kull persuna għandha tieħu magħha l-karta ta’ l-identità, il-biljett tar-raba’, pjanta tar-raba’, jew xi dokumenti oħra relevanti għall-art li dik il-persuna tkun qed tahdem.
Bdiewa li ma jkollhomx l-art tagħhom reġistrata f’dan l-eżerċizzju ta’ reġistrazzjoni, jistgħu ma jikkwalifikawx għal skemi ta’ għajnuna. Kull persuna li tapplika taħt din l-iskema, ser tingħata pjanta ta’ l-art li tkun qed taħdem BLA ĦLAS biex tinżamm bħala riferenza għall-quddiem.
F’każ ta’ diffikultà wiehed għandhu jagħmel kuntatt mas-Sur Emanuel Terribile fuq numru tat-telefon 2156 5809.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926