Left arrow Go Back

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - ĦAMRUN

PR1376
Date Icon 08/10/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ fil-Ħamrun:

bejn il-Ħamis 17 u l-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru - Skola Sekondarja ‘Maria Assunta’, Triq Farsons
(minbarra l-Ħadd 20 ta’ Ottubru)

bejn is-Sibt 26 ta’ Ottubru u l-Erbgħa 6 ta’ Novembru - Junior Lyceum ‘Maria Regina’, Triq Mile End
(minbarra l-Ħdud 27 ta’ Ottubru u 3 ta’ Novembru)

F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Ħamrun fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta. Fic-Ċentri msemmija jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Ħamrun. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita’ tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.

Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu: fost il-ġimgħa bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow