Diskors mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, fil-ftuh tas-Sena Akkademika ta’ l-Universita’ tat-Tielet Eta’ 2002-2003
Sinjuri, anzjani bhali,
‘L-ghomor huwa barka t’Alla’. Hekk kiteb il-Papa prezenti f’ittra indirizzata lill-anzjani fis-sena 1999, is-Sena Internazzjonali tal-Anzjani. Hu kompla jiddiskrivi lill-anzjani bhala ghassiesa tal-memorja kollettiva; bhala interpreti tal-idejali gholja tal-hajja; bhala l-aqwa esperti li kapaci jaghtu pariri siewja; bhala l-aqwa gwidi tal-hajja; bhala ghassiesa tal-principji u tal-valuri tal-hajja; bhala ‘enciklopediji hajjin’ ta’ gherf.
Ghadna kemm iccelebrajna il-Jum Dinji tal-Anzjani, l-1 t’Ottubru, b’numru t’attivitajiet li ghalihom ippartecipaw numru kbir t’anzjani. Partecipazzjoni attiva t’anzjani li kienet turi li l-anzjani ghadhom jiffurmaw parti integrali tas-socjeta’ Maltija. U jiena rrid hawnhekk naghmel il-mistoqsija:- is-socjeta’ taghna kif qed thares lejn l-anzjani taghna, kif qieghda tittratta l-anzjani fiz-zminijiet tal-lum? Socjeta’ titkejjel kemm hi socjeta’ civilizzata minn kemm turi rispett u mhabba lejn l-anzjani u kemm qieghda tittratta dawn l-anzjani b’dinjita’.
Ghandna nharsu lejn l-anzjan bhala dak il-bniedem li f’zoghzitu ta l-ahjar li seta’ ghas-socjeta’ taghna u ghal pajjizna. L-anzjan m’ghandux jigi meqjus bhala piz li s-socjeta’ taghna trid iggorr jew bhala individwu li ghandu jghix l-ahhar snin ta’ hajtu jiddependi mill-hniena tal-Gvern jew ta’ xi haddiehor. L-anzjan ghandu d-dinjita’ tieghu li ghandha tigi mharsa dejjem u kullimkien. L-anzjani jixirqilhom post specjali fis-socjeta’, dan ghaliex ahna ngharfu u nirrispettaw il-kontribut li taw l-anzjani.
Ghalhekk irridu nizguraw l-oghla livell t’ghixien ghalihom. Irridu nqisu lill-anzjani bhala holqa mportanti fl-ekonomija nazzjonali. L-anzjan ghandu hafna x’jista’ jaghti ghall-holqien u t-tkabbir tal-gid komuni. Huwa jifforma parti integrali mis-socjeta taghna – wiehed mill-elementi li jiffurmaw ir-rizorsi umani u socjali taghna. Ghalhekk, safejn hu possibli, l-anzjan ghandu jibqa’ jghix fl-ambjent tieghu, fic-centru tal-attivita’ socjali, u fi djalogu kontinwu ma’ generazzjonijiet ohra.
L-ghixien aktar fit-tul tal-anzjani jrid jigi akkumpanjat minn kwalita ta’ hajja ahjar ghalihom ghaliex inkella kollox ikun artificjali. Irridu nattwaw policies li jkollhom bhala skop li l-anzjan jibqa’ attiv, izomm ir-relazzjonijiet mal-familja, hbieb u l-ambjent familjari li jghix fih, filwaqt li jinkoragguh li jzomm ruhu jippartecipa attivament biex ihoss ruhu kompletament integrat fis-socjeta.
Fl-1988, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa f’rakkomandazzjoni fuq il-policy tal-familja qalet:- "The family is still the place where human relationships are most intense and rich and the best place for bringing up children and providing care for elderly persons". Ahna nemmnu u nsostnu li l-familja ghandha tkun il-post idejali ghall-anzjan.
Sfortunatament ir-rwol tradizzjonali tal-familja Maltija fis-‘support’ u l-‘kura’ ta’ kuljum li kienet imdorrija taghti lill-membri anzjani taghha huwa mminaccjat serjament minn diversi esigenzi ekonomici, socjali u psikologici. It-tnaqqis radikali tat-twelid f’pajjizna u l-fatt li numru akbar ta’ nisa qed johorgu jahdmu barra mid-dar huma zewg fatturi li qed ibiddlu l-familja Maltija mhux biss fl-istruttura u fil-kobor, izda anke fil-funzjoni taghha. Izda sfortunatament wiehed irid isemmi wkoll li qeghdin inhabbtu wiccna ma’ certu bdil fil-valuri tradizzjonali li qabel kienu jzommu l-membri tal-familja maghquda flimkien irrispettivament mill-eta’ taghhom. U jekk irridu li akbar numru t’anzjani jibqghu jghixu f’darhom hemm bzonn li jikber il-kontribut tal-qraba tal-anzjani li ghad ghandhom l-akbar responsabbilta’ f’dan ir-rigward. Hemm bzonn li l-familja Maltija terga’ tibda thaddan dawk il-valuri li kienu l-bazi taghha fis-snin imghoddija.
Il-mira ewlenija tal-Gvern kienet, ghadha u tibqa’ dejjem li safejn u sakemm hu possibli l-anzjan jibqa’ jghix f’daru, mal-familja tieghu u ma’ hbiebu. L-impenn minn naha tal-Gvern biex ighin lil dawk l-anzjani li m’ghandhomx min jiehu hsiebhom u anke biex ighin lil dawk il-familji li qeghdin jiehdu hsieb l-anzjani zdied u jrid ikompli jizdied. Is-servizzi ghall-anzjani fil-komunita jridu jkomplu jigu estizi u mtejjba u jsiru aktar personalizzati. Servizzi li waqt li jipprovdu ‘support’ lill-anzjani fl-istess waqt itaffu l-piz minn fuq il-familja tieghu. Izda ahna nemmnu wkoll li s-socjeta kollha trid taghti sehem akbar fil-harsien socjali ta’ dawk l-anzjani fil-bzonn – il-kuncett tal-Welfare Society. Irridu wkoll inkomplu nikkultivaw il-kuncett tas-solidarjeta.
Il-vizjoni taghna tal-anzjan tal-lum fis-socjeta li qeghdin nghixu fiha, li hija Socjeta’ ghal Kull Eta’, socjeta li rriduha tkun inkluziva u mhux eskluziva, hija t’anzjan li jrid jibqa’ attiv f’din is-socjeta. Irridu li l-anzjan jiehu hafna izjed l-inizjattiva f’idejh. Irriduh ikun anzjan pro-attiv – jigifieri irid huwa stess ifittex kif jaghti kontribut siewi lis-socjeta.
Ahna lkoll ghandna d-dover li nipprovdu kwalita ta’ hajja ahjar lill-anzjani taghna mhux mil-lat materjali biss izda wkoll mill-aspett socjali, kulturali, edukattiv u rikreattiv. Huwa b’hekk li l-anzjani taghna jhossuhom li huma jistghu jippartecipaw attivament u ma jghoddux ruhhom emarginati izda ghal kuntrarju jhossuhom kompletament integrati fis-socjeta. Il-mira taghna ghandha tkun li jkollna anzjani f’sahhithom, attivi, li ghandhom interess fil-hajja minkejja l-eta’. Irridu nkomplu nirsistu biex nizviluppaw aktar u aktar l-imagini gdida tal-anzjani Maltin. Irridu noholqu diversi okkazzjonijiet li jipprovdu lill-anzjani taghna opportunitajiet biex jippartecipaw b’mod attiv huma stess u b’hekk tkun qed tissahhah l-integrazzjoni shiha taghhom fis-socjeta.
Illum l-anzjan ghandu quddiemu diversi attivitajiet li fihom jista’ jikkontribwixxi – kunsilli lokali, ghaqdiet trejdunjonistici, religjuzi, politici, kulturali, filantropici, filarmonici u sportivi. Xhieda ta’ partecipazzjoni attiva tal-anzjani hija n-n-numru ta’ madwar elf ruh li jattendu regolarment d-Day Centres. Izda nahseb li l-aktar xhieda tangibbli u affikaci hija l-attendenza regolari u assidwa taghhom bhala membri tal-Universita tat-Tielet Eta’. Il-U3E fi hdan l-Istitut tal-Gerontologija tal-Universita ta’ Malta qed taghti c-cans lilkom mod biex tibqghu attivi u tippartecipaw fil-hajja tas-socjeta, billi titghallmu, tiddiskutu, taqsmu l-gherf u l-esperjenza li inthom gbartu matul hajja ta’ xoghol u servizz lill-komunita. Dan huwa gid li jitkattar – gid ghalikom, gid ghal familji taghkom, u gid ghall-komunita li takkwista din l-esperjenza bil-progetti tal-memorja kollettiva.
Il-U3E qeghda toffri lilkom okkazzjoni unika ta’ partecipazzjoni attiva li hija tant essenzjali biex tibqghu integrati fis-socjeta Maltija. L-eta’ tal-irtirar mix-xoghol ghandha tfisser il-bidu ta’ fazi gdida fil-hajja tal-anzjan. Il-U3E trid tipprovdi lill-membri taghha u lis-socjeta xi haga izjed u differenti minn kors akkademiku. Hija ghandha sservi bhala benniena t’edukazzjoni kreattiva, filwaqt li t-taghlim ghandu jkun biex wiehed jiehu gost bih u biex jistghana bih intelletwalment. Il- U3E trid ukoll tiffunzjona bhala rendevous socjali fejn il-membri jiltaqghu ma’ xulxin, jaqsmu l-esperjenzi bejniethom u jinvolvu ruhhom fi progetti li jkunu jirriflettu l-expertise tal-membri involuti.
Sinjuri, fl-1991, l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda addottat il-"United Nations Principles for Older Persons" u nkuraggiet lill-gvernijiet biex jinkorporaw dawn it-18 –il principji fil-programmi nazzjonali taghhom fejn hu possibli. Dawn it-18 –il principji huma migbura f’hames taqsimiet: 1. Independence; 2. Participation; 3. Care; 4. Self-fulfillment; u 5. Dignity.
Zewg principji li nsibu fit-taqsima dwar id-dinjita’ – ‘Dignity’ huma: "Older persons should be able to live in dignity and security and to be free of exploitation and physical or mental abuse. Older persons should be treated fairly regardless of age, gender, social or ethic background, disability or other status, and to be valued independently of their economic contributions".
Fiz-zminijiet tal-lum, id-dinjita tal-anzjani ghandha tinghata l-akbar prominenza. Irridu naghmlu mod li nizguraw li fis-socjeta taghna – li hija socjeta inkluziva u mhux eskluziva, socjeta ghal kull eta’ – id-dinjita tal-anzjani qed tigi rispettata u mharsa. Il-gvern tal-pajjiz irid ikun huwa l-ewwel li jaghti l-ezempju u jhares id-dinjita tal-anzjani f’dak kollu li jipproponi u li jwettaq. Huwa ghalhekk li l-Gvern impenja ruhu u ser ikompli jimpenja ruhu biex:-
- hadd mill-anzjani taghna ma jibqa’ lura;
- kull anzjan ikollu l-pensjoni tal-gvern assigurata ghal hajtu kollha;
- kull anzjan ikollu ghad-dispozizzjoni tieghu servizzi avvanzati ta’ sahha u edukazzjoni;
- kull anzjan jghix f’daru f’kundizzjonijiet accettabli u sakemm huwa possibli;
- dawk l-anzjani li ghandhom bzonn jghixu f’istituzzjoni jinghatawlhom il-mezzi kollha biex ikunu jistghu jaghmlu dan;
- kull kaz ta’ kull anzjan jigi trattat individwalment u bl-aktar mod professjonali.
L-isfidi tal-futur fil-qasam tal-anzjani huma kbar izda m’ahniex ser naqtghu qalbna. Il-progress miksub f’dawn l-ahhar snin jaghmlilna kuragg u huwa garanzija tal-futur. Gvern wahdu ma jistax jissodisfa l-htigijiet kollha li dejjem jizdiedu u jinbidlu f’settur ta’ popolazzjoni li qieghed jikber ma’ kull sena li tghaddi. Irridu nahdmu lkoll f’daqqa u id f’id – Gvern, Knisja, Kunsilli Lokali, Volontarjat, Settur Privat u l-anzjani nfushom flimkien mal-familji taghhom – u allura zgur li nottjenu dak li lkoll nixtiequ: li l-anzjan f’pajjizna jgawdi d-dinjita u jkun rispettat mis-socjeta taghna – dik is-socjeta li ahna rridu li fiha hadd ma jibqa’ lura; li tkun socjeta inkluziva u mhux eskluziva u li tkun Socjeta ghal kull Eta’.
Grazzi
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926