TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ - SWIEQI
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-lokalita’ ta’ Swieqi minn nhar il-Erbgha 16 sa nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru, 2002. Ma jsirx tigdid nhar il-Hadd 20 ta’ Ottubru. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tigdid ghar-residenti ta’ Swieqi fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt Valletta.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Sekondarja ‘Sir Luigi Preziosi’, Triq Sir Luigi Preziosi, Pembroke. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ Swieqi. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identita’ preżenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926