Left arrow Go Back

Is-segretarju parlamentari jesmond mugliett iwiegeb lill-kunsill lokali ta’ rahal gdid

PR1362
Date Icon 07/10/2002

B’riferenza għal stqarrija li ħareġ il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid, fejn intqal li meta nieda l-proġett ta` Pace Grasso, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett rikeb fuq xi proġett tal-Kunsill, il-Perit Jesmond Mugliett jistqarr li xejn mhu aktar il-bogħod mill-verita`.

Kuntrarju għal dak li ntqal, il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid ma kienx unanimu fid-diżapprovazzjoni, għax l-ebda wieħed mit-tlett Kunsilliera ELETTI F’ISEM IL-Partit Nazzjonalista ma vvota favur din l-istqarrija.

Il-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid qatt ma fassal xi pjanti għal dan il-proġett, kuntrarju għal dak li għamel is-Segretarjat tieghu, fejn għandu diversi proposti ta` żvilupp li jindikaw il-process twil li tnieda snin ilu, sabiex illum għandna proposta konkreta approvata mill-Kabinett.

L-unici pjanti li l-Kunsill Lokali qatt ra kienu l-istess pjanti li indika s-Segretarju Parlamentari lill-Kunsill waqt laqgħa li saret bejniethom.

Il-process kollu għat-tfassil ta` proposta kien kif elenkat hawn taht:-

  • Fl-1999 kient saret laqgħa fuq is-sit ta` Pace Grasso ma` ufficjali mill-Malta Football Association. Minkejja li l-ufficjali tal-MFA qablu li s-sit kien jitlob li jsir żvilupp modern, dawn kienu tal-fehma li l-MFA ma setgħetx tidħol għal proġetti oħra ta` żvilupp, ma` dawk li kienet għaddejja fuqhom f’Ta` Qali.
  • Fis-16 ta` Settembru, il-Kabinett approva li l-proġett isir skond il-parametri proposti
  • Fil-bidu tas-sena 2000, inbdew taħdidiet mal-Ministeru tal-Politika Socjali sabiex ikunu żviluppati pjanti sabiex fuq is-sit isir żvilupp ta` facilitajiet ta` housing u sports.
  • Fis-26 ta` Mejju tas-sena 2000, il-periti tad-Dipartiment tal-Housing Construction and Maintenance ippreżentaw il-proposti tagħhom. F’Ġunju tas-sena 2000 saret laqgħa oħra dwar dawn il-proposti.
  • Wara din il-laqgħa, bdew isiru studji dwar kif il-proġett setgħa jsir permezz ta` Public Private Partnership.
  • Wara li d-diskussjonijiet mal-Awtorita` tal-Ippjanar indikaw li l-proposta kien ser ikun jenħtiġilha tibdil sostanzjali, il-kumpanija Coastal Management Company, ġiet ingaġġata sabiex tħejji disinji ġodda.
  • F’Jannar tas-sena 2000, din il-kumpanija lestiet il-pjanti li kienu jipproponu facilitajiet sportivi, socjali, kummercjali u parkegg.
  • Immedjatament wara, saret laqgħa mal-Awtorita` tal-Ippjanar u l-pjanti kienu sottomessi lill-Awtorita` tal-Ippjanar għall-kummenti tagħha.
  • L-Awtorita` tal-Ippjanar bagħtet rakkomandazzjonijiet tagħha fit-22 ta` Mejju 2002.
  • F’Lulju tas-sena 2002, tlestew pjanti ġodda li kienu l-bażi tal-memorandum li ntbagħat lill-Kabinett.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett esprima d-dispjacir tiegħu għal pożizzjoni partiġġjana li ħadu membri tal-Kunsill Lokali ta` Raħal Ġdid.

Matul is-snin ta` tfassil tal-proġett, il-Perit Mugliett tkellem mal-Kunsill Lokali dwar il-proġett f’żewġ laqgħat. Il-pożizzjoni li ħa l-Kunsill Lokali hija waħda stramba u tindika li l-Kunsilliera eletti f’isem il-Partit Laburisti, ta` Raħal Ġdid mhumiex kuntenti li l-Gvern prezenti ħa inizjattiva oħra sabiex jitkattru l-facilitajiet f’Raħal Ġdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow