STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA U L-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN DWAR MIZURI BIEX JITNAQQAS DRASTIKAMENT L-ISKART LI JINTREMA FIL-MIZBLIET
F’konferenza stampa dal-ghodu f’Ta’ Qali, il-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant rega irrikorra ghall-gimmicks biex jipprova jwaqqaf akkost ta’ kollox lill-poplu Malti milli jinghaqad mal-popli l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa pprova jaghti x’jifhem li bhala rizultat tan-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-UE, ser jizdiedu l-fliexken tal-plastic fil-mizbliet taghna. Dan m’huwa minnu xejn.
Bhala parti mill-Pjan Nazzjonali ghall-Immaniggjar tal-Iskart, il-Gvern ser idahhal sistemi w incentivi biex l-iskart mill-packaging jigi ttrattat b’mod serju, u li jhares l-ambjent. Dawn is-sistemi jkopru, fost ohrajn, fliexken mhux biss tal-minerali, imma ta’ kull tip.
Dan il-Pjan li sar bl-ghajnuna ta’ esperti mqabbda mill-Unjoni Ewropea, jizgura illi f’Malta jkun hawn sistemi li permezz taghhom il-fliexken kollha jridu jingabru lura biex jew jergghu jintuzaw jew biex il-materjal taghom ikun riciklat. Dan ifisser li kontra dak li naraw illum fejn jingabru lura biss fliexkien tal-minerali prodotti f’Malta, il-Gvern Malti issa qed jintrabat li jingabru l-fliexken kollha, kemm dawk prodotti f’Malta kif ukoll barra. B’hekk tispicca l-anomalija li jekk huwa flixkun ta’ l-ilma, avolja prodott f’Malta jispicca ma’ l-iskart, jew l-anomalija l-ohra li jekk ikun flixkun tal-birra prodott f’pajjiz iehor jispicca ma’ l-iskart u dak prodott f’Malta, jingabar. Il-Gvern jassigura li jingabru l-fliexken kollha u l-perjodu ta’ transizzjoni illi l-Gvern irnexxielu jinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea (jigifieri sas-sena 2008) huwa ntiz precisament biex matul dak iz-zmien, fil-pajjiz ikollna l-facilitajiet kollha mehtiega ghall-gbir, uzu mill-gdid u riciklagg tal-fliexken kollha li nuzaw f’pajjizna.
Bhala rizultat ta’ dan il-Pjan ser ikun hemm hafna aktar enfasi fuq it-tnaqqis, ir-re-use u r-reciklagg tal-iskart. Il-Gvern impenja ruhu li ammont sostanzjali ta’ l-iskart li jipproduci l-pajjiz irid jigi riciklat jew f’Malta stess, jew barra min xtutna.
Il-Gvern mhux ser ihalli li l-fliexken tal-plastic jintremew fil-mizbliet. Permezz ta’ diversi incentivi, il-Gvern ikun jista jizgura li l-fliexken tal-plastic jingabru u jintbaghtu biex ikunu riciklati. Dan jinkludi mhux biss fliexken tal-plastic tal-minerali wara li dawn ikunu jistghu jintuzaw fl-2008, imma fliexken ta’kull tip.
Bhala rizultat tax-xoghol tal-Gvern, l-iskart li jispicca fil-mizbliet ser jitnaqqas drastikament u mhux jizdied, jghid x’jghid il-Kap tal-Oppozizzjoni. Dan il-process, li diga beda jaghti l-frott tieghu, huwa possibbli ghaliex il-Gvern, minflok jivvinta l-gimmicks, qed jahdem b’mod serju u professjonali biex itejjeb l-ambjent ta’ madwarna. Bis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, dan ix-xoghol ikun jista jkompli f’qafas ta’ ghajnuna teknika w finanzjarja.
Zgur li fil-pajjiz hawn qbil illi d-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea jfissru livell ferm oghla fil-kwalita’ ta’ l-ambjent ta’ pajjizna kif ukoll fil-mod kif nimmaniggjaw l-iskart, u ghalhekk d-dhul ta’ pajjizna fl-Unjoni, jfisser opportunita’ storika li pajjizna jaqbillu jahtaf anki ghal din ir-raguni.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926