IL-MINISTRU TAT-TURIZMU JINAWGURA L-FESTIVAL TA’ L-IMDINA U R-RABAT
- ID-WTO terga’ ssejjah laqgha tat-Tourism Recovery Committee
- Tbassir tajjeb ghall-ahhar kwart tas-sena
- Il-Barcelo’ ser tinvesti f’Malta.
Il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo ta bidu ghall-Festival tal-Mdina u r-Rabat b’diskors ta’ l-okkazjoni u ftuh ta’ wirja ta’ arrangamenti ta’ fjuri fil-Kazin Konti Ruggieru, ir-Rabat. Wara l-Ministru zar wirjiet ohra ta’ l-artigjanat fl-Imdina u dwar snajja’ tradizzjonali fil-Kazin L-Isle Adam, ir-Rabat.
Fid-diskors tieghu l-Ministru fakkar li l-ewwel festival kien gie organizzat fl-Imdina ghaxar snin qabel u li minn dak iz-zmien ’l hawn tant kiber u zdied fl-attivitajiet li l-Imdina ma baqghetx tesghu u l-folol ta’ turisti u Maltin li jattendu ghal dan l-avveniment. "Bi pjacir nghid li l-inkluzjoni tar-Rabat bhala sit tal-festival giet milqugha tajjeb hafna mill-popolazzjoni Rabtija mill-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet ewlenin civili u religjuzi ta’ din il-belt".
Il-Ministru zied ighid li f’mohh il-Maltin l-istorja tal-qedem u tal-medjuevu taghna hi kkoncentrata kollha fil-belt nobbli tal-Imdina. "Ghajb li huma ftit li jafu bl-ghona kulturali li jippossiedi r-Rabat u niehu gost li l-Awtorita’ qed tikkontribwixxi biex jinfirex l-gharfien ta’ x’rikkezzi hawn f’din il-belt. L-istorja tghallimna li sew l-Imdina kif ukoll ir-Rabat u l-popli taghhom taw sehem kbir ghall-izvilupp storiku u kulturali ta’ Malta."
Wara li ta hjiel fuq fuq tal-programm tal-Festival fosthom id-drammatizzazzjoni tar-rewwixta kontra l-Francizi, il-gari tal-"jousting" u rapprezentazzjonijiet muzikali minn artisti Maltin u barranin, il-Ministru tkellem dwar zviluppi recenti fil-qasam tat-turizmu, industrija maghrufa hafna mir-Rabtin u n-nies tal-Imdina.
"Intom tafu, thossu, u tifhmu forsi ahjar minn ohrajn il-verita’ ta’ dak li nhobb nghid jien – li mit-turizmu jgawdi kulhadd. Ghalhekk intom kontu fost il-komunitajiet li hassejtu d-differenza fil-volum ta’ turizmu li kellna fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Kienet differenza li bassarniha u hsibna ghaliha. Ghax meta taghmel il-kalkoli u tiehu in kunsiderazzjoni n-numru ta’ postijiet fl-ajruplani, l-impatt tal-qaghda ekonomika fis-swieq ewlenin taghna u, ghall-ewwel xhur, il-biza’ tas-safar bl-ajru li hakem id-dinja, mhuwiex difficli tkejjel li kien ser ikollna nuqqas sostanzjali ta’ turisti."
Il-Ministru stqarr li kienet sorpriza ghalih li fil-bidu tal-gimgha rceva sejha mill-World Tourism Organisation biex f’Dicembru jattendi laqgha tat-Tourism Recovery Committee. "Kont nahseb li fl-ahhar laqgha li kellna f’Marzu li ghalaqna l-kotba fuq l-effetti tal-grajja tal-11 ta’ Settembru. Izda le, mir-rapport li rcevejt jidher li d-dinja tat-turizmu ghadha ma rpiljatx bizzejjed. Hafna huma dawk li, mhux biss fl-ewwel sitt xhur tal-2002, izda sallum, li ghadhom isofru minn nuqqas ta’ turizmu."
Il-Ministru fakkar li biex jilqa’ ghal effetti tal-11 ta’ Settembru l-Gvern kien zied miljun lira extra ghal budget miftiehem mal-Awtorita’. Li saret hidma kbira flimkien mal-Air Malta u s-settur privat biex tinghata spinta qawwija ghal qawmien mill-gdid u malajr ta’ l-akbar industrija ta’ pajjizna.
"Minn previzjoni li saru f’Novembru li ghadda ta’ telf ta’ bejn 15 u 20%, aktar tard f’Dicembru, wara l-hidma li twettqet, naqqset ghal madwar 8%, issa nista’ nbassar b’certu kunfidenza, li l-ahhar kalkoli tal-MTA juru li t-telf kompla jonqos u li ser jinzel taht is-6%."
Il-Ministru zied ighid l-Gvern, l-Awtorita’ u s-settur privat, hadmu bla mistrieh biex ittejbu s-sitwazzjoni. "Ma dawn ma ninkludix lil min ukoll hadem bla waqfien izda biex idghajjef il-kuragg ta’ l-operaturi fit-turizmu u tal-lukandiera Maltin, u li pprova jizgambetta lil min kien qed jahdem ghal gid tal-poplu."
Il-Ministru Refalo tenna li, "Mit-taghrif migbur minghand lukandiera u indikazzjonijiet ohra, johrog li r-rizultat ghax-xhur ta’ Awissu u Settembru ser ikun qrib dak tal-2001. Ighiduli li Ottubru ser ikun xhar tajjeb ukoll waqt li mistenni li Novembru u Dicembru jkunu ahjar minn dawk miksuba fl-istess xhur tas-sena 2001."
Il-Ministru qal li anki matul din il-gimgha graw ghadd ta’ zviluppi inkoragganti. "Apparti minn li waslet il-konferma li ser jinzammu numru ta’ konferenzi kbar matul l-2003, waslu wkoll f’Malta zewg personalitajiet kbar mid-dinja tat-turizmu. Dan fattur li juri interess f’Malta minn operaturi globali u ewlenin. Fattur li jaghti fiducja lilna ghax juri li Malta tispira fiducja f’min irid jahdem maghna u jinvesti f’pajjizna."
Il-Ministru Refalo tkellem dwar iz-zjara ta’ Dr. Michael Frenzel, ic-Chairman tal-akbar grupp mondjali fil-qasam tat-turizmu, TUG A.G. "Konna ilna snin twal u ghamilna kull sforz nesploraw kif nistghu nippenetraw u nwasslu l-kelma ta’ Malta fl-oghla quccata ta’ dan il-grupp. Issa rnexxielna. Nistenna ghalhekk il-mument li TUI AG zzomm il-Board Meeting taghha f’Malta biex il-membri tieghu jsiru jafu ahjar min ahna u jiksbu esperjenza personali ta’ x’tista’ toffri Malta lit-turist."
Il-Ministru semma wkoll li kellu zjara minn dirigenti tal-kumpanija Spanjola ta’ lukandiera Barcelo’ li ghandha wkoll ishma f’agenziji tal-ivvjaggar, tal-ajru u 20% tal-kumpanija Ingliza First Choice. Wara li semma li Barcelo’, bhal kumpaniji ohra Spanjoli bhal Sol Melia, NH u Garden, ga’ qed tmexxi lukanda Maltija, habbar li l-Barcelo’ bi hsiebha tinvesti ma’ Maltin f’lukanda ohra."
"Iz-zieda ta’ turisti Spanjoli li qed naraw u z-zjarat ta’ kull gimgha ta’ cruise liner Spanjol, kif ukoll il-hidma li qeghdin u nistghu nwettqu maghhom, jaghmilha urgenti li jkollna aktar titjiriet spissi u regolari ma’ Spanja. Nifrah li l-Air Malta qeghda tahseb fuq l-istess linji."
Il-Ministru tenna il-fiducja tieghu fil-poplu Malti u fl-industrija tat-turizmu li matul is-snin wrew dejjem kapacita’ kbira li jeghlbu sfidi qawwija u jaghmlu success minn kull ma jigi ghal idejhom.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926