TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - GĦARGĦUR
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta’ l-Identità fil-lokalità ta’ Għargħur minn nhar it-Tnejn 14 sa nhar il-Ħamis 17 ta’ Ottubru, 2002. F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti ta’ Għargħur fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt Valletta.
It-tiġdid tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern ‘Karmnu Sant’, Triq San Bartilmew. Fic-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta’ Għargħur. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa’ għandhom Karta ta’ l-Identità. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità l-Belt, Valletta.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta’ l-Identità preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta’ l-Identità. Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li ser jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926