STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR GEORGE PULLICINO BI TWEGIBA GHAL RAPPORTI QARRIEQA DWAR IL-KACCA U L-INSIB
B'referenza ghal certi kummenti li qed jixxandru u jinkitbu fil-media lokali dwar il-ftehim miksub bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u ta’ l-Ambjent, il-Perit George Pullicino, jixtieq jiddikjara li:
Fin-negozjati ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien deciz li jissalvagwardja l-futur tad-delizzju tal-kacca w l-insib f'pajjizna. Dan irnexxielu jaghmlu u fil-fatt iggarantixxa li:
- Tibqa’ l-kacca u l-insib ghall-ghasafar fir-Rebbiegha.
- Tibqa’ l-kacca fuq il-bahar
- Malta ser tkompli tippermetti l-insib ghall-gardell, il-verdun, l-isponsun, il-gojjin, taz-zebbug, l-apparell u l-ekru.
Fid-dawl ta’ dan, sa’ l-ahhar ta' l-2007:
- Malta tkun ghamlet studju u ghenet biex min hu nassab u ghandu ghasafar tal-ghana jkun jista' jrabbihom. Mill-istudju jkun stabbilit in-numru ta' ghasafar li jistghu jinqabdu biex il-popolazzjoni ta' dawk l-ghasafar fil-guvi, tibqa' wahda b'sahhitha.
- Ma jinhargux licenzji godda sa’ l-ahhar ta' l-2007. Min digà ghandu licenzja mhux se jkun affettwat u ghalhekk jista’ jibqa’ jonsob.
Il-kaccaturi jafu biz-zejjed min verament iggieled ghad-drittijiet taghhom u min qed jipprova jisserva bihom ghal skopijiet partiggjani. It-tradiment tal-kaccaturi u n-nassaba qed jaghmluh dawk fil-kamp Laburista li qed jippruvaw juzaw lill-istess kaccaturi u nassaba ghall-iskopijiet taghhom.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926