Left arrow Go Back

TIĠDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITÀ - LUQA

PR1341
Date Icon 03/10/2002

Il-Kummissarju  tal-Pulizija  u  l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali  jinfurmaw  lill-pubbliku li ser isir  it-tiġdid tal-Karti ta’  l-Identità  fil-lokalità  ta’  Luqa  minn  nhar  is-Sibt  5  sa nhar il-Erbgħa 16 ta’ Ottubru,  2002.  Ma jsirx tiġdid fil-Ħdud 6 u 13 ta’ Ottubru.   F’dan il-perjodu ma jkunx jista’ jsir tiġdid għar-residenti  ta’  Luqa  fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità  l-Belt Valletta. 

It-tiġdid  tal-Karta ta’ l-Identità ser isir fic-Centru Parrokkjali,  Triq id-Dokkiena  (dħul minn Triq il-Gdida).    Fic-Ċentru  msemmi  jistgħu jattendu biss  ir-residenti  ta’  Luqa.    It-tiġdid qed isir  għal dawk  kollha li diġà għandhom Karta ta’ l-Identità.   Dawk  li ser  japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu  jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalità tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identità  l-Belt, Valletta. 

Għandha tiġi  ppreżentata  l-Karta ta’ l-Identità preżenti  kif ukoll  il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni  mitluba,  li  qegħda  tiġi  mibgħuta  lil kull min għandu  jġedded  l-Karta ta’ l-Identità.   Il-ħinijiet li fihom isir  it-tiġdid ser  ikunu:   fost il-ġimgħa   bejn  it-3.00 p.m.  u s-7.00 p.m.   Is-Sibt  mit-8.00 a.m. sa  nofsinhar.      

Aktar dettalji  dwar  it-tiġdid u l-mili tal-formola  jinsab  fil-fuljetti  li  ser  jintbagħtu  bil-posta  mal-formola  tat-tiġdid. 

Il-Karta ta’ l-Identità  l-ġdida  tkun tista’  tiġi  rtirata aktar  ’l quddiem mill-Għassa  tal- Pulizija ta’ Luqa  u ser  jinħareġ   avviż għall-istampa u jidher avviż dwar  dan fil-gazzetti lokali kollha tal-Ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow