Left arrow Go Back

TWEGIBA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GEORGE PULLICINO GHALL-KRITIKA TA’ L-OPPOZIZZJONI DWAR L-AWTORITÀ TA’ L-IPPJANAR

PR1337
Date Icon 02/10/2002

Skond stqarrija tal-Partit Laburista, meta kien qed jindirizza lil grupp ta’ self employed, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Dr Alfred Sant, qal li "l-attitudni ta’ l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar li toħnoq lin-nies mhix aċċettabbli".

Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent irid jiddikjara li qatt daqs illum l-Awtorita` ma kienet effiċjenti fil-ħruġ ta’ permessi ta’ żvilupp. Tant hu hekk illi fl-aħħar ta’ Settembru 2002, in-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti niżel għal 2382, l-iktar numru baxx ta’ applikazzjonijiet pendenti li qatt kellha l-Awtorita`, minn meta twaqqfet għaxar snin ilu. Jekk xi ħadd għandu xi applikazzjoni pendenti għandu rimedji ċari kif l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata. Dan grazzi għal tibdil fil-liġi li daħal fis-seħħ din is-sena.

Fl-istess laqgħa, il-kelliem Laburista l-Onor. Leo Brincat semma li l-Partit Laburista jemmen li għandu jkun hemm distinzjoni bejn permessi għal żviluppi żgħar, ta’ daqs medju u għal proġetti kbar nazzjonali. Jidher ċar li l-Partit Laburista mhux infurmat bil-bidliet li diġa` saru.

Fil-fatt, diġa` hemm tlett diviżjonijiet tal-Kummissjoni Għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp li jiddedikaw ruħhom għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet. Barra minn hekk, twaqqaf team li jipproċessa biss applikazzjonijiet ta’ proġetti kbar tal-privat, proġetti tal-Gvern u dawk ta’ kunsilli lokali. Dan wassal biex applikazzjonijiet ta’ żviluppi żgħar ma jeħlux fil-kju.

Min-naħa tiegħu, il-Mexxej Laburista, Dr Sant jidher ukoll li ma kienx infurmat tajjeb meta qal li Gvern Laburista ġdid iċaqlaq l-affarijiet, għaliex irid jagħti n-nifs lis-self employed.

Dan diġa` qed jagħmlu dan il-Gvern permezz ta’ dawn il-miżuri:

  • Tħejja pjan li identifika 280,000 metru kwadru ta’ art li fih jista’ jsir żvilupp ta’ bini li jakkomoda diversi self-employed li għandhom xogħol li ma huwiex kompatibbli ma’ zoni residenzjali.
  • Permezz tas-Sistema ta’ Notifikazzjoni ta’ Żvilupp, diversi xogħlijiet li qabel kienu jeħtieġu applikazzjoni sħiħa issa jistgħu jsiru permezz ta’ ittra lill-Awtorita` u jibda x-xogħol minnufih. Dan jinkludi xogħlijiet li jsiru f’postijiet fejn jaħdmu s-self-employed. B’hekk is-sistema ta’ permessi ghal xoghlijiet fejn jahdmu s-self employed giet simplifikata.
  • Giet approvata policy li tagħmilha iktar faċli għal sidien ta’ ristoranti li jpoġġu mwejjed u siġġijiet barra l-istabilimenti tagħhom.

Dawn il-miżuri flimkien ma’ l-effiċjenza fil-proċessar ta’ l-applikazzjonijiet huma prova cara ta’ kif l-Awtorita` qed issaħħaħ is-servizzi tagħha lis-self-employed.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow